Il-Gimgha Mqaddsa 2016 fil-Birgu

 

 

 

Hinijiet tal-Ftuh:

 
20 ta' Marzu sa 25 ta' Marzu 2016
 
10:00 am sa 12:00 pm
06:00 pm sa 11:00 pm
 
Hamis ix-Xirka
 
09:30 am sa 12:00 pm
05:30 pm sa 12:00 am
 
Gimgha l-Kbira
 
08:30 am sa 10:00 pm
 
__________________________________________________________________________
 
 
Statwetti Tal-Ġimgħa l-Kbira
Victor Mizzi
Ħdejn l-Oratorju tal-Kurċifiss
Pjazza tal-Belt Vittoriosa
 
 
Sett ta’ vari (statwetti) maħduma minn Noel Cauchi miż-Zurrieq u esebiti minn Victor Mizzi minn Bormla. Disinn u xogħol ta’ brazzi maħdumin minn fidda mastizz. Il-Bradelli huma kollha kewba mastizz minn Manuel Vassallo li huwa mill-Birgu.
 
Is-seba kelmiet li saru minn KarmeN Schembri  u s-simboli maħduma minn Christ Aquilina li joghqod Bormla.
 
Il-qabar tal-Irxoxt li ġie rħamat minn Daniel Schembri u l-induratura tal-libsa tal-Irxoxt maħduma minn Paublius Magro.
 
Jien ili dilletant minn mindu kelli eta’ zgħira u fil-Birgu din hija it-tmien sena tiegħi li qed nesebixxi din il-wirja ta’ vari.
 
Dan is-sett ser ikun esebit ħdejn l-Oratorju tal-Kurċifiss, int u nieżel minn naħa tal-ġenb tal-Knisja ta’ San Lawrenz mill-Pjazza.
 
Din il-wirja ser tiftaħ f’Jum id-Duluri u tibqa’ miftuħa sa’ wara l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
 
 
Ħinijiet tal-Ftuħ:
 
Il-Festa ta’ Duluri                                  5:30pm – 9:00pm
 
19 ta’ Marzu sal-23 ta’ Marzu               5:30pm – 9:00pm
 
Ħamis ix-Xirka                                       10:00am – 1:00am
 
Il-Ġimgħa l-Kbira                                   9:00am – 9:30pm
 
______________________________________________________________________________
 
 
 _______________________________________________________________________________
 
The Christ Experience
Wirja ta` Statwetti Life Size
Fil-Kantina tal-Berġa ta’ Franza
Triq L-Anttika, Birgu

 
Din il-wirja qiegħda tittella’ għal ħmistax –il darba f’dan il-post antik.  Kull min żar din il-wirja fis-snin preċedenti segħta jara kemm hu post sabiħ biex tagħmel wirja bħal din, fejn qed tiġi esebita l-preparazzjoni ta’ l-Aħħar Ċena fuq stil Lhudi li qiegħda mqassma fi tlett ikmamar bi tmien personaġġi. 
 
Ġo kamra oħra  wieħed jista’ jara kif din il-kamra ġiet mibdula għall-Ġnien taż-Żebbuġ, fejn sar it-tradiment magħmula minn erba’ personaġġi.  Xena oħra ġo kamra oħra f’ din il-kantina hemm Sidna Ġesu mixħut il-ħabs ma’ suldat u wieħed mill-qassisin Lhud qabel ħaduh għand Pilatu. 
 
F’kamra oħra hemm xena meta Pilatu tah il-kundanna lil Ġesu għas-salib.
 
Ix-xogħol kollu ta’ l-istatwi ‘life size’ huwa maħduma mill-artist mill-Birgu s-Sur Andrew Bugeja.
 
___________________________________________________________________________