Idea ġdida li se tagħti dehra differenti l-attivita tal-Birgu by Candelight 2013


Idea ġdida li se tagħti dehra differenti l-attivita tal-Birgu by Candelight 2013
 
Waqt waħda mill-laqgħat minn fost ħafna li qeghdin isiru bħala preparamenti għall-attivita tal-Birgufest 2013 li fiha tinkludi l-famuża attivita tal-Birgu by Candlelight, waħda mill-istaff klerikali ħarġet b`idea, b`idea totalment differenti li soltu jkollna fost il-ħafna ideat biex din l-attivita isir dejjem aħjar u tibqa’ fost l-aqwa u l-aħjar mill-attivitajiet kulturali li jsiru fil-gżejjer Maltin.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ma setax jinjora din l-idea u hekk kif tnehdiet din l-idea l-istess Kunsill ħareġ bl-idea wkoll li għal dan hekk imsejjaħ proġett għandhom jiġu mistiedna tfal kollha tal-Birgu ta’ bejn it-8 u 13-il sena, sabiex fil-ħin liberu tagħhom waqt il-vaganzi tas-saf (fin-nofs ta’ nhar ta’ filgħodu) jiġu l-Berġa ta’ Franza u l-istess tfal jibdew jiżgħbu l-vażetti tal-ħġieġ b`kuluri u disinji fl-immaġinazzjonijiet tagħhom.
 

 Vażetti tal-kafe b`dehra totalment differenti għal Birgufest 2013

 
L-involviment dirett tat-tfal f`din l-attivita ma jfisser xejn ħlief aktar investiment li `l quddiem ifisser garanzija li din l-attivita aktar ma jgħaddi żmien ser tibqa’ tiġi organizzata bil-livell tagħha jibqa’ jitjieb.
Il-Kunsill fil-jiem li ġejjin se jara kif din l-idea tista’ tiżviluppa, fejn fost affarijiet oħra ssemmiet sabiex dawk it-tfal li ser jieħdu sehem f`dan il-proġett, dakinhar ta’ din l-attivita, ser ikunu huma stess responsabli li bl-istess vażetti  li jkunu żebgħu, iżżejnu bihom triq partikolari, dejjem taħt il-gwida tal-ġenituri tagħhom.
--------------------------------------------------
 
A new idea which provides a different prospect for the Birgu by Candlelight 2013
 
During one of the many meetings held at the moment as preparations for the Birgufest 2013 with the infamous Birgu by Candlelight, one of our clerical staff came up with an idea, an extraordinary idea amongst so many others as to make this activity the most successful and most cultural across the Maltese Islands.
The Birgu Local Council couldn’t push this idea aside and so, from the moment is was brought to the table, the Council came up with a project which invites all children residing in Birgu, between ages 8 and 13 years, as to during their summer holidays, come to the Auberge de France (till noon) and use their creative imagination to paint and decor these glass vases.
                  A new look for coffee glasses for Birgu by Candlelight 2013

 

This approach towards the children is considered as nothing more than as an investment which in future can only guarantee that this activity will always be improving at its best.
On the days to come, the Council will look forward to make this idea develop further, and aims that on the day of Birgufest 2013, the children who’ll prove their artistic potential will also be responsible for their own vases which will not only be exhibited for the public, but also light up a particular street in Birgu. Of course, these children will always be accompanied by their parents.