Iben il-Belt Vittoriosa rikonoxxut mill-oghla Awtorita`tal-Pajjiz

 

Iben il-Belt Vittoriosa rikonoxxut mill-oghla Awtorita` tal-Pajjiz

                                                    Is-Sur Lino Bugeja
 

Lino Bugeja, iben il-Belt Vittoriosa, nhar il-Gimgha 13 ta’ Dicembru 2013, inghata ‘Gieh ir-Repubblika’ mill-President ta’ Malta, Dr.George Abela.

Imwieled il-Birgu fl-1930, Lino Bugeja studja l-Liceo u fil-Kullegg tal-Edukazzjoni ta’ Malta minn fejn hu kkwalifika bhala ghalliem fl-1949. Hu kompla l-istudji tieghu fil-Kullegg ta’ Edinburgh, fl-Iskozja (1960-1961) u fl-Universita’ ta’ Londra (1965-66).Hu kiseb Associateship fl-Istitut tal-Edukazzjoni tal-Universita ta` Londra. Hu hadem fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f`diversi karigi. Hu kien ukoll lettur fil-Fakulta’ tal-Edukazzjoni tal-Universita` ta’ Malta.
Lino Bugeja kien atleta tajjeb u rebbieh nazzjonali f`distanzi medji. Fl-1951, huwa rraprezenta lil Malta fil-Loghob tal-Mediterran f`Lixandra, Egittu, fejn kiser ir-rekord nazjonali fl-400 metru f`hin ta’ 52.8 sekondi.
 
Fl-1972, Lino Bugeja ghren lil Fr. Hilary Tagliaferro fit-twaqqif tac-Centru Sportiv Edukattiv. Bejn l-1972 u l-1980, hu kien Segretatju Generali tal-Kumitat Olimpiku ta’ Malta]. Fl-1985, inhatar l-ewwel direttur tal-Akkademija Olimpika ta’ Malta. Fl-1985, inhatar l-ewwel direttur tal-Akkademija Olimpika ta’ Malta. Bejn l-1988 u l-1993, hu kien maghzul mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali bhala espert sabiex jaghti lezzjonijiet dwar l-Istorja tal-Isport.
 
 
Fl-2002 inghata ‘Gieh il-Birgu’ mill-Kunsill Lokali tal-Birgu meta gie approvat unanimament f`laqgha tal-istess Kunsill.
Fl-2003, hu nghata l-unur Croce dell`Ordine al Merito Melitense mill-Ordni Sovran Militari ta’ Malta. Fl-2004, hu rebah l-2003 Jouranlism Award for Sports Journalism. Kien l-awtur principali tal-ktieb b`zewg volume ‘Birgu, A Maritime City’.

Fl-2005, hu waqqaf ir-Ramblers Association of Malta.

Fl-2008, Lino Bugeja rcieva l-unur li jiddahhal fil-Malta Olympic Committee`s Hall of Fame.

Hu ppubblika ghadd ta’ kotba u artikli f`gurnali akkadameici. Malta qed tonora lil Lino Bugeja b`gharfien tas-servizz distint lil gid tal-poplu Malti, partikularment, fl-oqsma tal-edukazzjoni, kultura, sports u l-protezzjoni tal-ambjent.

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu u l-poplu Vittoriosan jifrah lis-Sur Lino Bugeja ghal dan l-unur li gie mghoti lilu mill-oghla Awtoritajiet.