Hdax il-Wirja b`konessjoni mal-grajja tal-Gimgha Mqaddsa gewwa l-Birgu




 
 
Hdax il-esebitur bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu ser jesebixxu l-esebizzjonijiet tagħhom fil-Belt Marittima tal-Birgu fejn wieħed jista’ jinnota l-kultura marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa f’din il-lokalita’ li hija waħda b’saħħita u ta’ livell għoli. Dawn l-esebizzjonijiet ser ikunu miftuħa għal-pubbliku minn lejliet id-Duluri sa nhar il-Ġimgħa l-Kbira b’uħud minnhom ikunu miftuħa sal-Għid il-Kbir.
 

 

Mill-Mewt sal-Qawmien

27, Triq Hilda Tabone

Din hija id-disa' sena li jiena qed narma din il-wirja. Jiena għandi ħmistax-il sena . Missieri u jiena narmaw din il-wirja min gimgħat qabel minħabba biex ma sirx ħsara fuq xi statwi. S-sena li għaddiet għaqadna is-sett ta’ statwi. Din il-wirja biex titellgħa trid ħafna siegħat  ta’ xogħol għalhekk nixtieq nirringrazzja lil missieri u lil ommi li kieku ma kienux huma kieku ma kienx ikun possibli li narma din il-wirja hekk sabiħa nirringrazzja wkoll liz-ziju Joseph talli jgħin lil missieri biex narmaw din il-wirja li kull sena qeda tikber.

Nirringrazzja lil publiku li jigi jzur din il-wirja hekk sabiħa nixtieq nawgura l-għid it-tajjeb lil kulhadd.

Hinijiet ;

Jum id-Duluri:    9.00am – 12.00pm  u   5.00pm – 12.00am

Is-Sibt :                9.00am – 12.00pm  u   5.00pm – 10.00pm

Hadd il-Palm:     9.00am – 12.00pm  u   5.00pm – 11.00pm

Fost il-Gimgha:  9.00am – 12.00pm  u   5.00pm – 9.30pm

Hamis ix-Xirka:  9.00am – 12.00pm  u   5.00pm – 12.00am

Il-Gimgha l-Kbira:  9.00am – 12.00pm  u   5.30pm – 12.00am

Hadd il-Ghid:  :       8.00am – 12.00pm 

 

Organizatur : Matthew Tabone www.tabmat.webs.com

 

 

 Wirja ta' Statwetti

Couvre Porte, Birgu

Wara sena preparazzjoni, regghet waslet il-wirja tal-Gimgha Mqaddsa organizzata minn Roderick Busuttil bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu. 

Ghal din is-sena fil-parti ta' fuq tal-wirja se jizzanznu l-erba' evangelisti, xoghol mahdum minn Joe Cutajar Zahra.  Dawn l-istatwetti godda jkomplu jsebbhu s-sett     issa komplut tal-passjoni ta' Sidna Gesu Kristu li kien inbeda fis-sena 2002.   Ta' min isemmi l-istatwa ta' Kristu Rxoxt.  Din hija mahduma b'mod originali b'zewg figuri fil-genb li jirraprezentaw lill-fidi u l-ohra l-anglu li f'idu qed izomm il-lanzetta li qed jehodha kontra s-serp li huwa s-simbolu tad-dnub.  Din ix-xena hija rebha kontra d-dnub u baqghet tissemma' u l-kummenti dwarha kienu posittivi u s-sbieh hafna minn dawk kollha li gew jaraw il-wirja.  Anki l-originalita ta l-ornamenti li jitpoggew l-istatwetti fuqhom huma xoghol originali li ma ssibhomx f'wirjiet ohrajn.
Il-post huwa ferm addattat u l-atmosfera issa hija wahda kompluta fejn l-episodji principali tal-hajja ta' Sidna Gesu' Kristu huma nterpretati b'mod artistiku mill-aqwa.
 
Il-Hinijiet huma :
 
Mill- 1 t'April sa' l-4  t'April  fost il-Gimgha :   5.30pm -  8.30pm
Hamis ix-Xirka :            10.00am -12.00pm
                                    5.30pm - 12.00am
Gimgha l-Kbira :            8.00am - 12.00pm
                                    3.30pm -  8.00pm

 

Organizatur : Roderick Busuttil

 

IESUS NAZARENUS

Il-Foss, il-Birgu

 

In-newba tal-fjamma tan-nar matul il-lejl tfakkrek fil-gnien ta' l-Ort meta bid-dawl tat-torci u s-satra tal-lejl, Sidna Gesu' Kristu gie arrestat meta kienet waslet is-siegha tad-dlamijiet. Il-Foss tal-Birgu, permezz ta' l-inizzjattiva tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, flimkien ma' Clive Busuttil u grupp ta' volontiera li jiehdu hsieb jarmaw dan il-post, jittrasforma ruhu b'tali mod li jdahhlek fl-ispirtu veru tal-passjoni. Il-passjoni ta' Sidna Gesu' Kristu hija spjegata permezz ta' statwi 'life size', xoghol ta' Clive Busuttil. S'issa, f'dan il-post ghandna sitt xeni prominenti li huma l-Ort tal-Getsemani, l-Arrest, il-Flagellazzjoni, Gesu' quddiem Pilatu, Gesu' mghobbi bis-salib u parti mix-xena tal-Golgotta. Din is-sena se naraw ghal l-ewwel darba iz-zewg hallelin msallbin magenb il-Kurcifiss u l-Madonna taht is-salib ikkonfortatha minn San Gwann. Dawn il-vari igorru messagg intensiv. Wiehed jista' jara dan specjalment fil-pozizzjoni li ghandu Kristu Flagellat fejn il-qaghda hija aktar naturali u fija jidher l-element ta' tbatija. Il-harsa ta' Kristu fil-Porpra hija wahda profonda fejn tkompli turi it-tbatija. Ix-xbieghat kollha ghandhom pozizzjoni naturali u jdahhluk fix-xena, specjalment meta jkun dalam sew. Fattur importanti li ghandha din il-wirja huwa li din issir barra u ghalhekk il-loghba bejn id-dlam u d-dawl hija aspett li jaghmel distinzzjoni assoluta. Insibu d-dawl naturali matul il-gurnata li jaghti aktar atmosfera ta' l-ghodwa tal-Gimgha l-Kbira u fis-satra tal-lejl, l-atmosfera permezz tat-torci u dawl iehor artificjali ifakkrek fil-lejl ta' meta Kristu jidher quddiem is-Sinedriju. L-originalita' ta' din il-wirja tista' ghal ftit mumenti ttik ideja cara ta' l-episodji tal-passjoni u l-fidwa ta' Sidna Gesu' Kristu.

Hinijiet ;
 
Mill-Hadd l-1 ta’ April sal- Erbgha 4 ta’ April mid 9.00am – 12.00pm u 05.30pm – 10.30pm
F`Hamis ix-Xirka , nhar il-5 ta’ April mill-10.00am sa 12.00pm u 5.30pm – 12.00am
Nhar il-Gimgha l-Kbira 6 t’April mit-8.00am – 1.00pm u 4.00pm – 8.00pm
 
Organizzaturi : Roderick u Clive Busuttil
 
 
 
 
 The Christ Experience

fil-kantina tal-Berga ta' Franza - Triq l-Antika
 

 

 
Din il-wirja tigi esebita go kantina u tikkonsisti fil-preparazzjoni ta’ l-ahhar cena li Kristu ghamel mad-dixxipli tieghu u hija mqassma fuq erbat ikmamar. Fl-ewwel kamra nsibu il-gnien taz-zebbug meta dixxipli bdew jippreparaw ghall-ahhar ikla. Imbaghad go kamra ohra insibu xena tat-tradiment meta Guda tradixxa lil Kristu. F`kamra ohra qed jintwera meta Kristu kien arrestat go habs Lhudi ghal ftit sighat. Fil-bitha ta’ din il-kantina, nsibu tilqaghna x-xena ta’ Pilatu meta jikkundana lil Kristu ghat-telgha tal-Kalvarju. L-istatwi kollha ta’ din l-esebizzjoni huma statwi life size
Din is-sena, din il-wirja qed tintwera f`ambjent differenti minn tas-soltu.
 
Hinijiet ;
Jum id-Duluri:       9.00am – 12.00pm 
Is-Sibt :                9.00am – 10.30pm
Hadd il-Palm:        9.00am – 11.00pm
Fost il-Gimgha:     5.30pm – 10.30pm
Hamis ix-Xirka:     9.00am – 12.00am
Il-Gimgha l-Kbira:  9.00am - 12.00am
Hadd il-Ghid: :       9.00am – 10.00pm 
 
Organizatur : Marco Agius

 

Sett ta' Statwetti

hdejn l-Oratorju tal-Kurcifiss 

Sett ta’vari (statwetti) mahduma minn Noel Cauchi miz-Zurrieq u esebiti min Victor Mizzi minn Bormla. Disinn u xoghol ta’ brazzi mahduma minn fidda mastizz. Il-bradelli huma kolllha kewba mastizz mahduma minn Manwel Vassallo li hu mill-Birgu. Victor ilu dilettant minn mindu kellu eta’ zghira u fil-birgu din hija s-sitt sena tieghu li qed jesebixxi din il-wirja ta’ vari. Dan is-sett ser ikun ghal wiri hdejn l-oratorju tal-kurcifiss inti u diehel min-naha tal-genb tal-knisja ta’ San Lawrenze mil-pjazza tal-Birgu.
 
Din i-wirja tiftah f’jum id-Duluri u tibqa' miftuha sal-Gimgha il-Kbira wara l-purcissjoni.
 
Hinijiet tal-ftuh :       
 
Jum id-Duluri 30 t’ April :              5:30 – 9.00pm
 
Bejn 31 ta' Marzu u 4 t’ April :      5.30 – 9.00pm
 
Hamis ix-Xirka :                             10.00am – 1.00am
 
Gimgha l-Kbira :                             9.00am – 9.30pm
 
 
Organizatur : Victor Mizzi  
 
 
Wirja ta' Statwi - Life Size
 
fil-Kunvent tad-Dumnikani, Triq il-Mina l-Kbira
 
                       
 
 
Ghall-hames sena konsekuttiva komplejna fejn hallejna s-snin ta’ qabel. Lanqas kien ghadu temm l-jum tal-Gimgha l-Kbira tas-sena l-ohra, li xi membri tal-kumitat taz-Zghazagh, membri u voluntiera ohra bdew jitkellmu biex din is-sena nkomplu nkabbru l-wirja kif fil-fatt sar, tant hu hekk li min ser izur il-wirja din is-sena jara li tajna spinta sew il-quddiem. Ix-xoghol sar kollu minn idejn voluntiera. Li ma kienux dawn in-nies u membri ta’ kumitati ohra fi hdan il-knisja tal-Lunzjata, kumitat festi esterni u l-kazin taghna ‘Prince of Wales Own’ tal-Birgu, ma setax isir dan ix-xoghol kollu.
 
Is-sena l-ohra ghamilna l-‘Ort tal-Getsemani’, kellna il-‘Mejda tal-Ahhar Çena’ u ghal din is-sena ser ikollna idejat u affarijiet godda u originali fil-wirja taghna. Naturalment ma nistax ma nsemmix il-fatt li biex tittella wirja bhal din, jintalab hafna sagrificcju minn kulhadd. Dan biex ng˙ollu wkoll l-istess livell tal-wirja.
 
Naghlaq dawn il-kelmtejn billi nghid grazzi kbira l-ewwelnett lill-patrijiet Dumnikani tal-Birgu mhux biss talli jiehdu paçenzja bina imma talli jisilfunal-Kjostru tal-Kunvent fejn issir din il-wirja. Grazzi wkoll lill-familjari kollha taghna tal-pacenzja li jiehdu bina matul is-sena, lill-voluntiera u lill-membri kollha tal-ghaqdiet li semmejt.
 
 
Hinijiet tal-Ftuh : Mit-23 ta’ Marzu sas-6 t’April
 
Il-Gimgha 23 ta' Marzu : 5.00 p.m. - 7.00 p.m.
Is-Sibt 24 ta' Marzu : 9.00 a.m. - 12.00 p.m. / 5.00 p.m. - 7.00 p.m.
Il-Hadd 25 ta' Marzu : 9.00 a.m. - 12.00 p.m. Ftuh uffiçjali u tberik tal-wirja
Tnejn 26 sal-Hamis 29 ta' Marzu : 9.00 a.m. - 12.00 p.m. / 4.00 p.m. - 7.00 p.m.
Jum id-Duluri : 9.00 a.m. - 12.00 p.m. / 4.00 p.m. - 8.00 p.m.
Is-Sibt 31 ta' Marzu : 9.00 a.m. - 12.00 p.m.
Hadd il-Palm : 8.30 a.m. - 4.00 p.m.
Tnejn 2 t'April : 9.30 a.m. - 11.30 a.m. / 4.00 p.m. - 8.00 p.m.
It-Tlieta 3 u l-Erbgha 4 t'April : 9.00 a.m. - 11.30 a.m. / 4.00 p.m. - 8.00 p.m.
Hamis ix-Xirka : 9.00 a.m. - 12.00 a.m.
GimgHa l-Kbira : 8.00 a.m. - 9.00 p.m.
 
Organizzaturi: Ghaqda Zghazagh Dumnikani, il-Birgu
 
L-Ahhar Cena - Life Size
fil-kannierja ta' taht il-Knisja ta' San Lawrenz
Diga’ ghaddew seba’ snin mill-ewwel ftuh ta’ din il-wirja. Sewwa sew fil-bidu tas-sena 2005 saret l-idea li l-kannierja li tinsg]ab taht il-knisja,fit-tarag taz-zuntier principali, setghet tkun post li joffri ambjent addattat sabiex fiha tigi mtella wirja tac-Cenaklu.
 
Minn ricerka li saret instghab li din il-kannierja tmur lura fiz-zmien l-1810. Dan juri il-fatt li mall-hajt insibu rhama li tghid; 
SEPULCRUM -1810- SACERDOTUM
 
Dan juri li f’dan il-post jinsghabu midfuna xi sacerdoti.Wara din is-sena murija, nafu li l-kannierja kienet imbghad bdiet tintuza mill-fratellanza tal-kurcifiss f’ l-1864. Din il-fratellanza kienet ferm qawwijja f’dawk iz-zminijiet.
 
Wara fafna zmien maghluq u bla ebda uzu, dan il-post kien fih bicca xog]ol mhux hazin sabiex jerga jiehu s-sura li tixraqlu u li jinsghab fiha l-lum. Hafna mix-xoghol li sar kien jinkludi tindif minn materjal li ngemgha maz-zminijiet, tindif tal-gebla, qobbra li gew irrangati u installazzjoni tad-dawl.
 
L-ewwel sena il-wirja kienet tinkludi l-mejda ta’ l-ahhar cena, armatha fuq stil Ludi b’l-unika statwa tkun dik ta’ Gesu’. Din l-istatwa hija xoghol ta’ l-artist Clive Busuttil. Wara kliem ta’ nkuraggiment minn hafna nies li zaghru l-wirja, speccjalment dawk li kellhom idea ta’ f’liema stat kienet fih il-kannierja qabel ma giet irrestawratha,l-ghaqda armar tal-knisja harset il-quddiem sabiex tkompli tkabbar din il-wirja.
 
Minn sena ghal sena, b’ l-ghajnuna ta’ hafna nies, il-wirja kompliet tikber fin-numru ta’ statwi “life size”. F’l-2008 saret l-istatwa ta’ Guda u bdiet tinqaleb is-sistema tan-nar f’ l-imsiebah min dik biz-zejt ghal sistema bil-gas. Dan minhabba ragunijiet prattiki u finanzjarji. Fis-sena 2009 saret l-istatwa ta’ San Gwann u sar kanCell tal-hadid ghal aktar sigurta’. Fl-2010 l-ghaqda armar tal-knisja hasbet biex tkompli tkabbar din il-wirja permezz ta’ l-istatwa ta’ San Pietru. Ghal darb’ ohra din l-istatwa hija xoghol ta’ l-artist maghruf Clive Busuttil.
 
Din is-sena zdiedet statwa ohra ta’ Gakbu mahduma mill-istess artist bravu Clive Busuttill, li se taghmel parti mill-ahhar cena.
 
L-ghaqda armar tal-knisja ghandha ghal qalbha hafna din il-wirja u ghalhekk ta’ kull sena tkun herqana li taqsam ma l-ohrajn din l-atmosfera li jaf joffri dan il-post f’okkazzjoni tant specjali ghat-twemmin taghna.
 
Lawrence Farrugia
Kaxxier
Ghaqda Armar tal-Knisja   
 
Hinijiet ;
Il-wirja se tinfetah nhar il-Gimgha 30 ta' Marzu 2012 sa 6 t`April 2012 bejn 9.30am - 11.00am  u 4.30pm - 7.00pm
Hamis ix-Xirka  u l-Gimgha l-Kbira miftuha kwazi l-gurnata kollha
 
Organizzaturi : Grupp Armar tal-Knisja
 
 
Wirja ta' Mejda ta' l-Appostli fuq stil Lhudi
taht il-Knisja ta' Santa Skolastika - Triq il-Miratur
 
SPINOSIS CORONATUS
Levita Martri, Triq Nestu Laviera
 
 
 
L-Ghaqda Levita Martri, komposta minn cirku ta’ hbieb madwar Andrew Lawrence jiehu hsieb li ttella’ attivitajiet socjali fid-dar Levita Martri fil-festi principali ta’ matul is-sena. Fost dawn hemm l-aktar tlieta imfittxija li huma; l-Birgufest, il-Gimgha Mqaddsa kif fil-fatt qed nassistu ghall-ftuh taghha u bla dubju l-festa titulari ta’ San Lawrenz.
B’tehma u xena differenti ta’ kull sena tigi organizzata l-wirja tal-Gimgha Mqaddsa fejn din is-sena l-isem ta’ din il-wirja huwa ta’ Spinosis Coronatus. Isimha maghha, “Inkurunat bix-xewk”. Ix-xoghol tax-xbihat sar kollu mis-Sur Ramon Camilleri McKay u s-Sur Andrew Lawrence Zarb mghejunin mis-Sinjuri Lawrence Cutajar, Terence Zarb, Mark Mifsud, Owen Caruana, Clayton Grima flimkien ma diversi ohra. Dawn mhux biss ghenu fl-armar tal-wirja izda wkoll matul is-sena dejjem jippreparaw ghall-okkazjoni li tkun gejja.
L-Esebizzjoni hija xena bi statwi ta’ daqs reali, fejn hemm Kristu bilqieghda wara l-flagellazzjoni kif ezattament gie inkurunat. Manigold Ruman qieghed jaghfas il-kuruna go ras Kristu u mqieghed b’ mod originali hafna u reali. Il-messagg ta’ din il-wirja mhuwiex is-sbuhija ta’ l-arti izda l-hsieb imur aktar fil-fond.
Is-Suggett huwa t-tbatija, id-dmija li harget minn Gisem Sidna Gesu’ Kristu u l-passjoni minnha nfisha kif inhija deskritta f’ Isaija 53 li titkellem fuq suret bin il-bniedem kif kien fl-ahhar sighat tieghu, fejn f’ dawn l-ahhar snin rajna x-xeni bl-aktar mod reali fil-film “The Passion of the Christ” ta’ Mel Gibson. Il-kliem mhux bizzejjed biex ikompli jiddeskrivi din l-esebizzjoni unika ghalhekk nistieden lil kull min izur il-Birgu f’ dawn il-granet jasal wasla sad-Dar Levita Martri biex jidhol fl-atmosfera reali tat-tbatija tremenda ta’ Sidna Gesu’ Kristu li hija l-unika grajja li biha u permezz tal-qawmien ahna ksibna l-hajja ta’ dejjem fis-saltna tal-Missier.

Organizzaturi : Ghaqda Levita Martri

 

Wirja ta' Statwetti

taht iz-zuntier tal-Knisja ta' San Lawrenz

 

 

fil-Kazin tas-Socjeta Muzikali San Lawrenz - Misrah ir-Rebha