Gita ta`4`ijiem ghal Sqallija bejn is-16 u 19 ta`Lulju 2016

Fuq xewqa ta` bosta li matul dawn l-ahhar snin kienu qed jattendu ghall-harga ta` gurnata fi Sqallija, din is-sena l-Kunsill Lokali tal-Birgu ser jorganizza gita ta` 4 t`ijiem gewwa l-villagg li jaghmel parti minn Athena Resort (4 stillel) gewwa Sqallija bejn is-16 u 19 ta` Lulju, 2016.
 
Matul dawn l-4 t`ijiem, ser jigu organizzati bosta eskurssjonjiet, fejn ser inzuru Noto, Is-Suq ta` Catania u Porte di Catania (Auchan), Ortigia, Marzamemi, Siracusa u Centru Kummercjali La Fortezza. Il-vjagg ser ikun bil-katamaran lejn Pozzallo u lura u transport ser ikun maghna tul l-4 t`ijiem.
 
Biex wiehed ikun jista` jaf ahjar il-faciltaijiet li jinsabu f`dan il-villagg ta` 4 stillel jista` jidhol fuq www.athenaresort.com u f`kaz li wiehed ikun jixtieq ikun jaf aktar taghrif u l-programm, gentilment mitlub taghmel kuntatt mal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
 
Il-prezz huwa ta` € 430 – kamra ta` 3 adulti
                            € 440 – kamra ta` 2 adulti
                            € 495 – kamra ta` persuna
 
Tfal taht it-12 –il sena (ma` 2 adulti) - € 245
 
Dawk kollha interessati huma mitluba biex ma jhallux ghall-ahhar minhabba li l-positijiet huma limitati.