Gallerija Couvre Porte tinġab fl-istat oriġinali tagħha

Dehra aħħarija tal-parti ta' Gallerija Couvre Porte fejn f'dawn l-aħħar ġimgħat sar xogħol estensiv ta' restawr. Tajjeb li kulħadd ikun jaf li waqt li kienu qegħdin isiru dawn ix-xogħlijiet, din is-sala nistgħu ngħidu li ġiet propju fl-istat oriġinali tagħha mit-Tieni Gwerra Dinija.

Sar rapport anonimu lill-MEPA fejn minkejja li ntalab bl'aktar mod kategoriku biex jieqfu x-xogħlijiet, min irrapporta spiċċa bl-aktar mod sarkastiku jxekkel il-kredibilta tal-Kunsilliera, speċjalment tas-Sindku John Boxall.

Jidher ċar li hawn nies li la ma jaħmlux ix-xogħol siewi li jkun qiegħed isir biex din il-Belt tkompli tissebba, minkejja d-diffikultajiet kbar li qiegħed jiltaqa' magħhom il-Kunsill minn ġurnata għall-oħra, u lanqas lil min qiegħed jipprova jagħmlu .

Il-Kunsill jassigura li fil-futur qarib u mhux 'il bogħod bl-għajnuna ta' ħafna Dipartimenti Governattivi u bosta nies oħra, ser ikompli jagħmel aktar xogħlijiet ta' din in-natura fil-Belt Vittoriosa sabiex din il-Belt tkompli tissebbaħ u tingħata l-ġieh li tant ilhu jixraqilha.