Fra John Critien, made Bailiff Grand Cross of Justice in the Sovereign Military Order of Malta

.
Fra John Critien, made Bailiff Grand Cross of Justice in the Sovereign Military Order of Malta
 
The Birgu Local Council would like to congratulate His Excellency Fra John Critien, Permanent Knight Resident at the Fort St. Angelo, upon being made Bailiff Grand Cross of Justice by the Grand Master of the Sovereign Military Order of Malta, Fra Matthew Festing.
 
One must point out that membership in the order is divided into several classes: Knights of Justice, or Profess Knights, who take religious vows of poverty, chastity and obedience and form what amounts to a religious order (until the 1990s membership in this class was restricted to members of families with noble titles); Knights of Obedience (similarly restricted, these knights make a promise rather than a vow, of obedience);Knights of Honour and Devotion, Knights of Grace and Devotion, and Knights of Magisterial Grace, all classes made up of members who take no vows and who had to show a decreasingly extensive history of nobility.
 
Within each class of knights are ranks ranging from Bailiff Grand Cross (the highest) through Knight Grand Cross, Knight Commander, Knight Officers, and Knight — thus one could be a "Knight Commander of Grace and Devotion," or a "Bailiff Grand Cross of Justice”.
 
Not only this is the highest rank that can be given to a Knight, but this is also the first time that such a rank was granted to a Maltese.
 
Fra John, the Knight Resident at Fort St. Angelo, is currently an adviser to the Sovereign Council and the conservator of the art collections of the Order.
 
The Birgu Local Council, on behalf of all the residents of this Historic and Maritime City, would like to congratulate His Excellency Fra John Critien on being appointed  this very important and honourable rank.
 
 
Fra John Critien, ingħata l-grad ta’ “Bailiff Grand Cross” tal-Ġustizzja fi ħdan l-Ordni Sovrana tal-Kavallieri
 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jifraħ u jikkongratula lill-Eċċellenza Tiegħu Fra John Critien, Kavallier Residenti fil-Forti Sant’Anġlu għall-unur prestiġġjuż li ngħatalu, meta l-Gran Mastru tal-Ordni Sovrana, Fra Matthew Festing, laħħqu “Bailiff Grand Cross” tal-Ġustizzja.
 
Ta’ min wieħed jinnota lis-sħubija fl-Ordni hija mqassma f’diversi klassijiet; Kavallieri tal-Ġustizzja li jieħdu wegħdi reliġjużi ta’ faqar, kastita u ubbidjenza u li ghalhekk jifforma ordni reliġjuża (sal-1990, sħubija f’din il-klassi kienet limitata għall-membri tal-familji bit-titoli nobbli); Kavallieri ta’ Ubbidjenza (ukoll klassi ristretta, dawn il-Kavallieri jwegħdu vot ta’ ubbidjenza; Kavallieri ta’ Unur u Devozzjoni; Kavallieri ta’ Grazzja u Devozzjoni u Kavallieri ta’ Grazzja Maġisterjali, liema Kavallieri ma jieħdu l-ebda wegħda u juru storja estensiva ta’ nobilta.
Fi ħdan kull klassi ta’ Kavallieri hemm gradi li jvarjaw minn “Bailiff” – Marixxall (l-ogħla), Kavallier Kmandant, Uffiċċjal u Kavallier, għalhekk Kavallier jista’ jkun Kmandant Kavallier ta’ Grazzja u Devozzjoni jew Marixxall tal-Ġustizzja.
 
Mhux biss dan huwa l-ogħla grad li jista’ jingħata lill-Kavallier, iżda dan huwa wkoll l-ewwel darba li tali grad ingħata lil Malti.
 
Fra John Critien, il-Kavallier Residenti fil-Forti Sant’Anġlu, bħalissa hu konsulent fl-Ordni Sovrana u Kuratur tal-Kollezzjoni tal-Arti tal-Ordni.
 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu, għan-nom tan-nies kollha ta' din il-Belt Storika u Marittima, jixtieq jifraħ lill-Eċċellenza Tiegħu Fra John Critien għall-ħatra hekk importanti u ta' unur.