Flotta Rekord għat-Tigrija ta' Sitt Mitt Mil

Tigrija ta’ Jottijiet Klassici
 
Flotta Rekord għat-Tigrija ta' Sitt Mitt Mil
Campers & NicholsonsTrophée Bailli du Suffren
 
minn Wilfred Sultana
 
Ħamsa u għoxrinjott klassiċi tal-qlugħ se jaslu f'Malta bis-sidien tagħhom, l-ekwipaġġi u l-armata ta' partitarji li ġejjin bil-baħar u bil-jets privati għat-tmiem drammatiku tal-Camper & Nicholsons Trophée Bailli du Suffren biex jiċċelebraw rabtiet storiċi u moderni bejn Malta u Saint Tropez.
 
Il-ftuħ ta’ din it-tellieqa ser isir mis-Sindki taż-żewg lokalitajiet, is-Sur Jean-Pierre Tuveri, Sindku ta’ San Tropez u s-Sur John Boxall, Sindku tal-Birgu, akkumpanjat mill-Kunsillier, s-Sur Anton Gellel.
 
 
It-Tiġrija ta’ sitt mittmil Trophée Bailli du Suffren - www.bdsrace.com - fil-fatt tieħu isimha minn Ammirall Franċiż famuż tas-seklu tmintax, Pierre André de Suffren de Saint-Tropez li qatta’ l-karriera bikrija tiegħu f'Malta u filwaqt li kien hawn irċeva t-titolu ta' "Bailli de Suffren" mill-Kavallieri ta' San Ġwann.
 
It-tielet iben tal-Markiż de Saint Tropez, kap ta' familja ta' nobbli ta’ Provence, Pierre André kien magħrufa mal-baħħara u l-għedewwa tiegħu (partikolarment l-Ingliżi) bħala "Ammiral Satana". Il-mod kif kien jisfrutta is-sitwazzjoni bħala gwerrier ġab fuqu fama fi Franza l-pajjiż nattiv tiegħu komparabbli ma' dik ta’ Horatio Nelson fil-Gran Brittanja. Sal-lum, seba' bastimenti navali tal-flotta Franċiża ngħataw l-isem ta' Suffren għal-unur tiegħu filwaqt li l-istatwa tiegħu għadha tiddomina l-moll prinċipali f’Saint-Tropez.
 
Il Trophée Bailli de Suffren hija magħrufa bħala "L-Isbaħ Tiġrija tal-Jottijiet fil-Mediterran" mhux biss għall-sbuħija tal-jottijiet speċjali li jieħdu sehem, iżda wkoll għall-"l-ispirtu informali" uniku tagħha u l-portijiet eżotici li jimmarkaw il-korsa tat-tiġrija.
 
Issa fit-tnax l-edizzjoni tagħha, hija l-itwal tellieqa off-shore għall-jottijiet klassici ta’ aktar minn 11-il metru. Il-bidu mill-Saint-Tropez din is-sena huwa għal nħar is-Sibt 22 ta’ Ġunju u tintemm madwar għaxart ijiem aktar tard fil-Camper & Nicholsons Malta Grand Harbour Marina wara waqfiet f'Porto Rotondo, Sardinja u Trapani, Sqallija.
 
It-tigrija kienet oriġinarjament l-idea ta' tliet ħbieb li qasmu viżjoni: Henri-Christian Schroeder issa "Commodore" tal-Trophée Bailli de Suffren, Christian Benoit ko-fundatur tat-tigrija u l-President tal-Marenostrum Racing Club u Pierre Hugo "Admiralissimo" tal-Bailli de Suffren u l-Viċi President tal- Marenostrum Racing Club. 
 
Ben Stuart, General Manager, tal-Grand Harbour Marina ssieħeb mat-tim eżekuttiv tat-tellieqa s-sena l-oħra meta Camper & Nicholsons Marinas iffirmaw bħala sponsors ewlenin għall-ħames snin li ġejjin, fejn ħolqu assoċjazzjoni bejn tellieqa famuża ta' jottijiet klassiċi u waħda mill-eqdem u l-aktar ismijiet prestiġjużi fl-industrija tal-jottijiet.
 
"L-għan tagħna meta is-sena l-oħra dħalna bħala sponsor ewlenija ma kienx biss biex ngħollu l-profil u l-għadd ta' dgħajjes li jieħdu sehem f'din it-tellieqa speċjali iżda aktar importanti minn hekk biex nikkonfermaw lill Malta bħala destinazzjoni ta’ jottijiet sofistikati," qal Stuart, "Ninsab kuntent li il-flotta din is-sena mhux biss kważi rdoppjat imma tinkludi erba dgħajjes, kull waħda ta’ aktar minn 30 metru. "
 
Ikkoordinata mill-Marenostrum Racing Club, l-Awtorità Organizzattiva tat-tellieqa hija magħmula minn clubs tal-jottijiet fil-portijiet ospitanti: is-Société Nautique de Saint-Tropez, il-Yacht Club Porto Rotondo u r-Royal Malta Yacht Club.
 
Fil-Trophee Balli de Suffren il-jottijiet itelqu f'żewġ klassijiet, "Vintage" bil-klassifikazzjoni CIM u "Classic" jew "Spirtu ta' Tradizzjoni" taħt klassifikazzjoni IRC.
 
Il-premju ġenerali tal-Trophée Bailli du Suffren hija x-Xabla tal-Unur tal-Ammirall Satana.
 
Il-premju għall-ewwel 193 mil nawtiku minn Saint-Tropez għall Porto Rotondo hija La Coppa dei Quattro Mori; ir-rebbieħ tat-tieni parti ta’ 230 mil nawtiku minn Porto Rotondo sa Trapani jirċievi La Coppa dei Gattopardiu rebħa fil-aħħar 169 mil nawtiku minn Trapani sal-Grand Harbour Marina tirbaħ it-Tazza Corsairs".
 
Din is-sena flotta rekord tal-25 dgħajsa klassika li jvarjaw mit-12 il-metru Palynodie II (1965) għal l-impressjonanti schooner klassiku ta’ 69.24 metru bi 3-arbli Atlantic(2010) li se jkun qed jikkompeti kontra l-55 metru Elena(2009), fejn hija mistennija tellieqa eċċitanti u kompetittiva ħafna.
 
Erba' rebbieħa tal-passat ta' l-Bailli qed ifittxu biex jirbħu mill-ġdid x-Xabla tal-Unur tal Ammirall Satana. Lelantina (1937) schooner ta’ 25-metru rebaħ it-tellieqa ta’ introduzzjoni f’2001 kif ukoll l-ewwel tellieqa sħiħa fl-2002; Havsörnen, cutter Bermudjan ta’ 16 il-metru mibni fl-1931, baħħru lejn ir-rebħa fl-2006; Moonbeam IV (1914) cutter Fife ta’ 32 metru kien rebbieħ fis-sena 2008 u Rowdy (1916) fuq disinn ta’ Herreshoff ta’ 20 metru kisbu żewġ rebħiet wara xulxin fl-2009 u l-2010.
 
"L-eqdem" jott f'din l-edizzjoni hija Moonbeam III jott klassiku ta’ 31 metru. Isem regolari fit-tigrijiet klassiċi għal għexieren ta’ snin, hija nbniet fit-tarzna Fairlie f’Iskozja fl-1903 fuq disinn tal- famużi William Fife.
 

 
L-"akbar" jott, ser ikun Atlantic, li nbena fl-2010 fl-Olanda mit-tarzna Van Der Graaf BV u huwa rikonoxxut bħala l-akbar schooner klassiku tat-tlielaq li qatt ġie mibni mill-ġdid. Atlantic hija r-replika leali tal-jott ta’ William Gardner, rebbieħ tat-Tazza Kaiser, fit-tellieqa transatlantika klassika ta' 1905.
 
L-“Atlantic”huwa leġġendarju fuq iċ-ċirkwit tat-tlielaq ta’ jottijiet klassiċi tal-lum," qal Ben Stuart, "Bi qlugħ ta’ 18,500 pied kwadru hija verament wirja spettakolari biex tara."
 
Ironikament, żewġ sekli ilu l-Ammirall Pierre André de Suffren de Saint Tropez kien jirrappreżenta rabta figurattiva bejn il-portijiet tal-Belt Franciza ta’ San Tropez u tal-Belt Maltija tal-Birgu, bit-titlu ta’ Citta Vittoriosa. Imbagħad f'Ottubru 2012, fl-isfond tat-tigrija Camper & Nicholsons Trophée Bailli de Suffren, rabtiet storiċi bejn iż-żewġ portijiet tal-Mediterran kienu formalizzati meta l-Kunsill Lokali ta’ San Tropez fi Franza u l-Kunsill Lokali tal-Belt Kapitali Marittima tal-Gżejjer Maltin, dak tal-Birgu iffirmaw ftehim ta’ koperazzjoni sabiex issir promozzjoni ta’ turiżmu sostenibbli, partikolarment fis-settur l-marittimu bejn iż-żewg lokalitajiet, liema ftehim diġa qed iħalli l-frott mixtieq.
 
 
 
Nhar l-Erbgħa 3 ta' Lulju filgħaxija, Camper & Nicholsons Marinas ser jospitaw l-premjazzjoni tat-tellieqa waqt Pranzu "Corsairs" taħt il-ħitan tal-post wirt dinji ta’ UNESCO l-Forti Sant' Anġlu fil-Grand Harbour Marina fil-Birgu.
 

---------------------------------------------------------------------------------------------------------

The Classic Yachts Race

 
 
Record fleet to Malta in the Six Hundred mile
Campers & Nicholsons Trophée Bailli du Suffren
 
By Wilfred Sultana
 
 
Twenty five classic sailing yachts will be arriving in Malta with their owners, crews and an army of supporters coming by sea and private jet for the dramatic finish of the Camper & Nicholsons Trophée Bailli du Suffren celebrating historic and modern links between Malta and Saint Tropez.
 
The start of this race will be officially inaugurated by the Mayors of the two cities, Mr Jean-Pierre Tuveri, Mayor of the City of Saint Tropez and Mr John Boxall, Mayor of the City of Birgu, Malta, who is also being accompanied by Councillor, Mr Anthony Gellel.
 
The six hundred mile Trophée Bailli du Suffren - www.bdsrace.com - actually takes its name from a famous 18th century French admiral, Pierre André de Suffren de Saint-Tropez who spent his early career in Maltaand while here received the title of "Bailli de Suffren" from the Knights of St John. 
 
The third son of the Marquis de Saint Tropez, head of a family of nobles of Provence, Pierre André was known by his sailors and his enemies (particularly the British) as "Admiral Satan". His exploits as a warrior earned him a reputation in his native France comparable to Horatio Nelson's in Britain. To date, seven ships of the French Navy have borne the name of Suffren in his honour while his statue still dominates the quayside in Saint-Tropez.
 
The Trophée Bailli de Suffren is known as “The Mediterranean’s Most Beautiful Yacht Race” not only for the beauty of the very special yachts taking part but also for its unique  “gentlemen’s race spirit” and the exotic ports marking the race course.
 
Now in its 12th Edition, it is the longest off-shore race for classic yachts over 11-metres. The start from Saint-Tropez this year is on Saturday, 22 June finishing about ten days and 600 nautical miles later in Malta’s Camper & Nicholsons Grand Harbour Marina after stop-overs in Porto Rotondo, Sardinia and Trapani, Sicily.
 
 
The race was originally the brainchild of three friends who shared a vision: Henri-Christian Schroeder now “Commodore” of the Trophée Bailli de Suffren, Christian Benoit co-founder of the race and President of the Marenostrum Racing Club and Pierre Hugo “Admiralissimo” of the Bailli de Suffren and Vice-President of the Marenostrum Racing Club. 
 
Ben Stuart, General Manager, of Grand Harbour Marina joined the race’s executive team last year when Camper & Nicholsons Marinas signed on as lead sponsors for the next five years, creating an association between a famous race of classic yachts and one of the oldest and most prestigious names in the yachting industry.
 
“Our goal when we took this on last year as headline sponsor was not only to raise the profile and number of yachts taking part in this special race but as importantly confirm Malta as a sophisticated yachting destination,” said Stuart, “I am gratified that the fleet this year not only has almost doubled but includes four yachts, each over 30 metres.”  
 
Coordinated by the Marenostrum Racing Club, the Organising Authority for the race is made up of yacht clubs in the host ports: the Société Nautique de Saint-Tropez, the Yacht Club Porto Rotondo and the Royal Malta Yacht Club.
 
In the Trophee Balli de Suffren yachts race in two classes, “Vintage” with a CIM rating and “Classic” or “Spirit of Tradition” under IRC rating
 
 
 
The overall prize of the Trophée Bailli du Suffren is the Sword of Honour of Admiral Satan.
 
The prize for the first 193 nautical mile leg from Saint-Tropez to Porto Rotondo is the La Coppa dei Quattro Mori; the winner of the second230 nautical mile leg fromPorto Rotondo to Trapani receives the La Coppa dei Gattopardi and victory in the final 169 nautical mile leg fromTrapani to Grand Harbour Marina earns The Corsairs’ Cup.
 
This year’s record fleet of 25 classic yachts ranging from the 12 metre Palynodie II (1965) to the majestic 69.24 metre, 3-masted classic schooner Atlantic (2010) who will be taking on 55 metre Elena (2009), promising an exciting and highly competitive race.
 
Four past winners of the Bailli are looking to recapture the “Sword of Honour of Admiral Satan”. 25 metre schooner Lelantina (1937) won the 2001 Prologue race as well as the first full race in 2002; Havsörnen, a 16 metre Bermudan cutter first launched in 1931, sailed to victory in 2006; the 32 metre Fife cutter Moonbeam IV (1914) was the 2008′s winner and the Herreshoff-designed 20 metre Rowdy (1916) achieved back-to-back wins in 2009 and 2010.
 
The ‘oldest’ yacht in this Edition is the 31 metre classic sailing yacht Moonbeam III. A regular at classic yacht regattas for decades, she was built at Scotland’s Fairlie yard in 1903 to a design by the famed William Fife.
 
The “largest” yacht, Atlantic, was built in 2010 in the Netherlands by Van Der Graaf B.V. and is recognised as the largest classic racing schooner ever to be recreated. Atlantic is a faithful replica of William Gardner’s classic winner of the transatlantic ‘Kaiser's Cup’ in 1905.
 
Atlantic is legendary on today’s classic yacht racing circuit,” said Ben Stuart, “With 18,500 square feet of sail she is truly a magnificent sight.”

Ironically, two centuries ago Admiral Pierre André de Suffren de Saint Tropez represented a figurative link between the ports of the French City of Saint Tropez and the Maltese City of Birgu. Then in October 2012, against the backdrop of the Camper & Nicholsons Trophée Bailli de Suffren, historic links between the Mediterranean two ports were formalised when the Local Council of Saint-Tropez signed a cooperation agreement with the Local Council of the Maritime Capital City of the Maltese Islands, that of the City of Birgu, to join forces in promoting sustainable tourism, particularly in the maritime sector. This agreement is already leaving the desired results.
 
 
On Wednesday evening, 3 July, Camper & Nicholsons Marinas will host the race prize-giving ceremony at a "Corsairs' Dinner" beneath the walls of the UNESCO World Heritage site of Fort St. Angelo at Grand Harbour Marina in Birgu.