FL-IMKIEN - Wirja tal-arti fil-Berġa ta' Franza, fil-Birgu, mill-Ġimgħa 29 ta’ April sal-Ħadd 15 ta’ Mejju 2011





 

Grupp ta’ artisti b’etajiet, sessi u espressjonijiet artistiċi differenti bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Loklali tal-Birgu ser itellgħu wirja fil-Berġa ta’ Franza fil-Birgu. Din il-wirja ser tkun miftuħa mill-Ġimgħa sal-Ħadd bejn il-Ġimgħa 29 ta’ April sal-Ħadd 15 ta’ Mejju 2011.  Dawn l-artisti għandhom għan komuni, dak li l-arti tagħhom tkun għas-servizz ta l-umanita`.  Għalihom din hija esperjenza kontinwa ta qsim ta’ esperjenzi fejn l-artisti jikkonfrontaw u jgħinu lil xulxin filwaqt li jikbru artistikament flimkien.  

Peress li l-artisti kollha ġejjin minn dixxiplini u esperjenzi differenti huma jesprimu varjeta` u diversita` iżda lkoll taħt saqaf wieħed. Għaldaqstant din il-wirja semmewha “fl-imkien” b’tifsirietu konnessjonijiet miftuħa għal interpretazzjoni.  Ser ikun hemm pittura, basso rilievo, decoupage, grafika, fotografija u waqt l-inawgurazzjoni ser ikun hemm interventi minn musiċisti kantanti u periti.

Intgħażlet il-Berġa ta’ Franza għal din l-ewwel wirja ta’ dan il-grupp ta’ artisti, bħala sinjal ta’ kontemporanjeta` friska f’wieħed mill imkejjen daqstant antiki b’għeruq bikrija, fejn kull ħaġra tesprimi s-sena tal-id fil-ħidma tagħha, id-dekorazzjoni ġejometrika fl-arkitettura tesprimi d-dinjita` li dejjem aspira l-poplu u l-ispazju meqjus b’reqqa jqarribna lejn r-ruħ ta missirijietna.

 
Din il-wirja ser titella’ bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
 
 
 

FL-IMKIEN - An art exhibition at the Auberge de France in Birgu, running from April 29 until May 15 2011.

 
A group of artists of different ages, gender and artistic expression with the collaboration of the Birgu Local Council, have teamed together for an exhibition which will be inaugurated on the 29 April. Their works will be on view until May 15th 2011. The originality of this exhibition lies in the common aim that all these artists share that of rendering a service to humanity through their art. These artists have translated into artworks, their continuous shared experiences in which they have helped one another to grow together through their art.
 
Since all the artists come from different disciplines and experiences, their works will reflect all this under one roof. The title “Fl-Imkien” (To-Gether or nowhere or in a place) also brings “together” the different meanings and connections which are open to interpretation. Painting, bas-reliefs, decoupage, graphic art and photography will be presented as a true feast for all the senses. To add to this atmosphere of unity, there will also be interventions from singers, musicians and architects during the inauguration.
 
The choice of the venue – the Auberge de France – enriches the beauty of this artistic expression, as every stone laid by the crafted hands of our forefathers and our early roots will enhance the fresh contemporaneity of the modern works on show.
 
The geometric decoration and calm symmetry of its architecture also expresses the dignity and serenity to which the artists and people in general aspire. This calculated space also brings us closer to the soul of our ancestors.
 
This exhibition will be held in collaboration with the Birgu Local Council.