Festival ta' Loghob Tradizzjonali Malti fil- Birgu




 

NHAR IL-HADD 14 TA’ NOVEMBRU, 2010

Il-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija (Il-Palazz ta’ l-Inkwiżitur) fi ħdan Heritage Malta u l-Kunsill Lokali tal-Birgu, bl-appoġġ tas-Segretajat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali, u Konsultazzjoni Pubblika , ser jorganiżżaw festival uniku ta' logħob tradizzjonali Malti nhar il-Ħadd  14 ta' Novembru 2010 bejn is-14:00 u s-18:00.  Dan il-festival, li ser jinżamm fit-toroq tal-Birgu u fil-Palazz tal-Inkwiżitur, għandu l-għan li jinvolvi lit-tfal kif ukoll lill-ġenituri tagħhom fil-qawmien mill-ġdid ta' logħob li għal ħafna snin taw ħajja lit-toroq tal-bliet u l-irħula tal-gżejjer tagħna.

Wara is-suċċess li kisbet din l-inizjattiva s-sena l-oħra, qiegħda mill-ġdid tiġi estiża stedina sabiex dawk li jattendu jaraw sa fejn twassal il-ħila tagħhom fil-Passju u jqiegħdu għall-prova l-preċiżjoni tal-mira tagħhom fil-Boċċi u l-Ballun Stop.  Jistgħu jagħżlu li jiġru wara t-team rivali fil-Gwerra Franċiża, jagħmlu l-għalmu tagħhom biex jaqbdu maktur qabel ma jagħmel dan l-avversarju tagħhom fil-Logħba tal-Maktur, jippruvaw mill-aħjar biex ma jinqabdux f’Ħarba jew jiġru wara ż-żunżana f’Iż-Żunżana Ddur Iddur.  Dawk li jippreferu xi ħaġa li tirrikjedi inqas eżerċizzju fiżiku jistgħu jilagħbu Ħaġa Moħġaġa, Dawra Durella jew Bum Bum il-Bieb, filwaqt li oħrajn jistgħu jiddeċiedu li jattendu sessjoni prattika fejn wieħed jista’ jibni u wara jtajjar it-tajra.

Il-maġġoranza kbira tal-logħob imsemmi hawn fuq kienu fil-quċċata tal-popolarità tagħhom fil-perjodu Ingliż meta ħafna familji ma setgħux jixtru ġugarelli lussużi u ġeneralment it-toroq ma kellhomx ħafna traffiku.  It-tfal għaldaqstant ħolqu d-divertiment tagħhom stess billi użaw il-mezzi li kellhom disponibbli.  Il-blalen, li kienu jintużaw biex jintlagħbu l-logħob Ballun Stop u ż-Żunżana Ddur Iddur, kienu ta’ spiss ikunu magħmulin miċ-ċaruta, filwaqt li kienu jintużaw ċagħqiet jew ġebel żgħir biex jimmarkaw in-numri tal-Passju.  It-tfal kienu wkoll jħobbu jtajru t-tajriet minħabba li biex wieħed jagħmel tajra ma kienx jiswa ħafna flus għax kien jeħtieġ biss karti tat-tajr, qasab, kolla u ħajt, materjali li kollha faċli ssibhom.  Meta wieħed ma kienx jista’ jixtri lanqas l-irħas materjali, it-tfal kienu jduru għal logħob li, bħal Dawra Durella, ma kienu jirrikjedu xejn ħlief li flimkien il-parteċipanti jiftehmu li ħa jieħdu gost, u jżommu idejn xulxin u jduru f’ċirku filwaqt li jkantaw taqbila ferriħija.

Xi logħob partikolari kien jirrifletti ukoll il-kuntest soċjopolitiku taż-żmien u kien jirrapreżenta dak li kien ikun mistenni mit-tfal ladarba dawn jikbru.  Gwerra Franċiża u Ħarba, pereżempju, jirriflettu b’mod qawwi l-esperjenza tal-gwerra, bil-qabda u l-ħelsien tal-priġunieri bħala l-għan tal-logħbiet.  Filwaqt li s-subien kienu ta’ spiss jilgħabu logħob fejn setgħu juru s-saħħa fiżika, il-bniet kienu jippreferu jipparteċipaw f’logħob li kien jindika l-istat futur tagħhom.  Logħba ta’ din ix-xorta kienet Bum Bum il-Bieb li kienet tikkonsisti fl-għażla ta’ xebba sabiħa biex tkun il-mara ta’ Kavallier li qed jivvjaġġa fit-tfittxija għall-imħabba – il-ħolma ta’ ħafna tfajliet.

Madankollu, it-tfal ma kienux l-uniċi li kien ikollhom bżonn tad-divertiment; l-adulti wkoll kellhom il-logħob u l-mogħodija taż-żmien tagħhom li ħafna drabi kien jixbaħ li dak tat-tfal. Il-Boċċi, mhux biss dawk li jinvolvu l-ħila biex wieħed jersaq lejn il-likk, iżda wkoll il-ħafna verżjonijiet bil-boċċi tal-ħġieġ, kien logħob imfittex ħafna. Filwaqt li l-Boċċi jintlagħbu esklussivament mis-subien u mill-irġiel, in-nisa kellhom id-divertiment tagħhom.  Logħba ta’ Ħaġa Moħġaġa kienet tinżel għasel magħhom u kienet tirrikjedi ħila konsiderevoli biex wieħed isolvi l-kliem misterjuż li ġeneralment kienet tgħidu l-iktar mara anzjana tal-grupp.

Kif inhu l-każ ukoll għal forom oħra ta’ wirt intanġibbli, il-logħob tradizzjonali qiegħed f’riskju li jintesa mill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar li m’għadx għandhom l-opportunità jilagħbuh.  Dan il-festival għaldaqstant għandu l-għan li jippreżenta l-logħob bħala parti integrali mill-identità kulturali Maltija.  Bħala parti minn dan l-isforz, Heritage Malta qed torganizza wkoll wirja temporanja ta’ ġugarelli mill-kollezzjoni nazzjonali fil-Palazz tal-Inkwiżitur.  Dawk li jattendu l-festival ikollhom ukoll l-opportunità li jippreżentaw il-ġugarelli li għandhom fil-pussess taghhom u li huma ta’ qabel l-1980 bħala donazzjonijiet lil din l-istess kollezzjoni. Min jagħti donazzjoni jingħata rċevuta uffiċjali mit-team kuratorjali tal-Palazz tal-Inkwiżitur.  Wirja oħra ta’ ġugarelli, din id-darba b’tema marittima, ser tkun miftuħa għall-pubblika fil-Mużew Marittimu. Għal okkażjoni Heritage Malta ser tiftaħ il-bibien ta’ dawn iż-żewġ mużewijiet bi prezz ridott ta’ €2 il-wieħed, jew inkella €3 jekk wieħed jagħżel li jżur it-tnejn. Tfal taħt it-tnax-il sena jidħlu b’xejn. Ser titqassam b’xejn pubblikazzjoni ta’ tifkira, b’tagħrif fuq kull logħoba, lil kull min jattendi għall-festival. 

Il-ġenituri u t-tfal li jipparteċipaw f’dan il-festival jistgħu jibqgħu ċerti li ħa jqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien, u b’hekk isaħħu l-valur tal-familja u jiskopru mill-ġdid il-gost ta’ meta wieħed jilgħab logħbiet sempliċi imma interessanti ħafna u li jipprovdu alternattiva tajba għal-logħob għali u teknoloġiku.  Dawk kollha li jipparteċipaw ikollhom ukoll l-okkażjoni li jħallu warajhom, għal nofstanhar, stil ta’ ħajja li għal ħafna saret dejjem iktar sedentarja, u jeżerċitaw kemm il-ġisem kif ukoll il-moħħ b’logħob li jirrikjedi ħeffa u kreattività.  Barra milli wieħed iqatta' wara nofsinhar jieħu gost mal-familja, dal-festival jagħti wkoll iċ-ċans lill-adulti li jerġgħu jgħixu t-tfulija tagħhom, u t-tfal ikollhom l-opportunità jgawdu logħob li pprovda lill-ġenituri u lin-nanniet tagħhom b’dak li probabilment jiddeskrivu bħala l-aħjar żmien ta’ ħajjithom.

 

 

 

ON SUNDAY 14 th NOVEMBER, 2010

The National Museum of Ethnography, within Heritage Malta and the Birgu Local Council, with the support of Parliamentary Secretary for Consumers, Fair Competition, Local Councils and Public Dialogue are organising a unique festival of traditional Maltese games on Sunday 14th November 2010 between 14:00 and 18:00hrs.  Held on the streets of Birgu and within the Inquisitor’s Palace, this festival aims to engage children and parents alike in the revival of games that for decades enlivened the streets of the islands’ towns and villages.

Those attending will have the opportunity to try their skill at Passju and test the precision of their aim at Boċċi, Ballun Stop.  They may choose to chase a rival team in Gwerra Franċiża, do their best to grab a handkerchief before their opponent during il-Logħba tal-Maktur, try their utmost not to be caught in Ħarba or sprint after the bee in Iż-Żunżana Ddur Iddur.  Those who prefer something less physically demanding may opt for Ħaġa Moħġaġa or Bum Bum il-Bieb, while others may decide to attend a kite-making workshop and fly their self-made kite.

The great majority of games mentioned above were at the height of their popularity during the British period when many families were unable to afford the luxury of toys and the streets were still generally traffic-free.  Children therefore created their own diversions making use of whatever means were available to them.  Balls, used to play Ballun Stop and Iż-Żunżana Ddur Iddur, were often made out of rags, while pebbles or small stones were used to mark the numbers in Passju.  Kite flying was also a well-liked pastime since kites were very cheap to make and only required paper, cane, glue paste and thread, all easily available materials.  

Particular games also mirrored the socio-political context of the time and represented what was expected from children in their future as adults.  Gwerra Franċiża and Ħarba for instance strongly reflect the experience of war, with the aim of the games being the respective rescue and capture of prisoners.  While boys were often involved in play that gave them the chance to show physical prowess, girls preferred to participate in games that suggested their future station in life.  One such game was Bum Bum il-Bieb which consisted in choosing a beautiful damsel to be the wife of an itinerant Knight looking for love – the dream of many a young lady.  

Children however, were not the only ones in need of diversion; many times men engaged themselves in games somehow similar to those of the young. A game of Boċċi, not only the one which entails getting closest to the likk, but also its many variations with glass marbles was particularly sought after. Women also had their own type of entertainment.  A session of Ħaġa Moħġaġa was very popular amongst them and required considerable skill in solving the riddles, customarily presented by the eldest of the group. 

As is the case with other forms of intangible heritage, traditional games risk being forgotten by younger generations who no longer have the opportunity to play them.  This festival therefore intends to present games as an integral part of Maltese cultural identity that should not only be preserved but also actively promoted.  As part of this effort, Heritage Malta is also hosting a temporary exhibition of toys from the national collection at the Inquisitor’s Palace.  Those attending the festival will, moreover, have the possibility of presenting any pre-1980 toys in their possession as donations to the same collection.  They will in turn be awarded an official receipt by the curatorial team at the Inquisitor’s Palace.  Another toy display, this time with maritime connotations, will be exhibited at the Malta Maritime Museum. Visitors on the day can enjoy the opportunity of visiting each museum at a specially reduced price of €2, or opt for a further reduction of €3 to visit both national museums. Children under twelve years of age can visit free of charge. Participant attending the festival will also get a commemorative souvenir publication, with insights on traditional games, at no cost.

Parents and children attending this festival are sure to spend quality time together, strengthening important family values and rediscovering the joy of playing simple yet highly-interesting games that provide a welcome change to expensive technological entertaining devices.  All those who participate will also have the occasion to leave behind, for an afternoon, a lifestyle that for many has become increasingly sedentary, and exercise both body and mind in games that require dexterity and creativity.  Besides spending a fun afternoon with the family, this festival gives adults the chance to relive their childhood, and children the opportunity to enjoy games that have provided their parents and grand parents with what they would probably describe as the best time of their lives.