Festin għal Anzjani fl-Okkażjoni tal-Festi tal-Milied 2012

 Festin għal Anzjani fl-Okkażjoni tal-Festi tal-Milied 2012
Din is-sena bħal ma għamel fi snin preċedenti, l-Kunsill Lokali tal-Birgu għall-okkażjoni tal-festi tal-Milied ħaseb li jorganizza riċeviment għal dawk l-anzjani kollha tal-Birgu li jinsabu rikoverati fi djar jew residenzi tal-anzjani.  Għal dawn ir-riċevimenti ġew mistiedna jattendu wkoll il-qraba ta’ kull anzjan jew anzjana.
 
L-ewwel riċeviment sar nhar l-Erbgħa 12 ta’ Diċembru, 2012 għal dawk l-anzjani rikoverati fi Dar tax-Xjuħ ta’ Bormla, fejn għalih attendew tmien anzjan residenti flimkien mal-qraba tagħhom. Dan ir-riċeviment kien animat mill-grupp ‘’Camilleri Trio’’ fejn bid-daqq tal-mandolina u kanzunetti tal-imgħoddi allegraw lil dawn ir-residenti u qajmulhom in-nostalġija ta’ tfulithom. Għal dan ir-riċeviment kien hemm preżenti is-Sur Lawrendce Attard, Kunsillier responsabbli mill-attivitajiet għall-anzjani.  Tqassmu wkoll rigali ghall-okkażjoni lill-anzjan kollha.
Il-Festin fi Dar tal-Anzjani f`Bormla
Il-Ħamis 20 ta’ Diċembru, 2012 sar ir-riċeviment għal dawk l-anzjani mill-Birgu rikoverati fir-residenza ta`San Vincenz de Paule f`Ħal-Luqa fejn attendew għalih tmintax-il anzjan residenti mistiedna flimkien mal-qrabat tagħhom.  Għal din l-attivita ġie mistieden il-grupp folkloristiku ‘‘Jackson`s Żaqq u Tanbur’’ sabiex bid-daqq tat-tanbur u żaqq allegraw lil dawk kollha preżenti.  Fi tmiem dan ir-riċeviment il-Kunsillier, s-Sur Lawrence Attard, qassam ir-rigali.
Il-Festin fi Dar tal-Anzjani f`St.Vincent de Paule
Matul dawn iż-żewġ attivitajiet  stajna ninnutaw dik l-espressjoni ta’ ferħ fuq wiċċ dawn  l-anzjani  kif ukoll ta’ qrabathom għax barra li dan kien riċeviment għall-okkażjoni tal-festi tal-Milied, serva wkoll bħala okkażjoni biex dawn l-anzjani jaraw lil xulxin u lil qrabathom wara bosta xhur u xi wħud saħansitra anke wara bosta snin.