Experiencing Hospitallier Vittoriosa




Is-Sezzjoni tal-Etnografija fi ħdan Heritage Malta ser tkun qegħda torganizza attivita’ kulturali informali bl-isem ta’ Experiencing Hospitallier Vittoriosa bi l-għan li permezz ta’ tour tal-parti l-antika tal-Birgu magħrufa bħala l-Collacchio, niskopru mill-ġdid ir-relevanza ta’ din il-belt fis-snin ta’ wara l-1530 meta l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann kienu residenti f’dawn l-inħawi.  It-tour ser jinkludi waqfiet u żjarat quddiem l-Armerija, id-dar Sikulo-Normanna, il-Berġa ta’ Franza, il-Mandraġġ, is-Sagra Infermerija, il-Berġa tal-Ingilterra u l-Kastellanija.  Esperjenza mill-aktar interessanti li ser tintemm b’mod informali b’tazza inbid lokali akkumpanjata minn ikel tradizzjonali Malti fl-ambjent suġġestiv tal-Palazz tal-Inkwizitur fejn fost affarijiet oħra kulħadd ser ikollu l-possibilita’ li jsajjar l-isfineġ tiegħu. L-attivita’ ser issir il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju u ser tibda mill-Palazz tal-Inkwizitur fis- 19:30 hrs. Kull min hu interessat għandu jirriserva l-biljetti għaliex il-postijiet huma limitati. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 22954312, 21827006 jew 21663731.