Żjara Kulturali organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem fil-Birgu.

Żjara Kulturali organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Kerċem fil-Birgu.
 
Nhar it-Tlieta 2 t`Ottubru 2012, il-Kunsill Lokali ta’ Kerċem akkumpanjat mis-Sindku, s-Sur Mario   Azzopardi, u l-Kunsillier, is-Sur Raymond  Azzopardi orgnizzaw ħarġa kulturali ġewwa l-Belt tal-Birgu għar-residenti Kerċmin kollha. Għal din il-ħarġa kulturali kienu bosta Għawdxin li attendew, fejn għal uħud din kienet l-ewwel żjara tagħhom ġewwa l-Birgu.
 
Mal-wasla tagħhom, żaru l-Knisja Arċipritali ddedikata lil San Lawrenz, fejn hemm ġiet ikkonċelebrata quddiesa minn Fr John Avellino flimkien mal-Monsinjur Għawdxi, Guiseppi Grech. Wara l-quddiesa, kulħadd kellu l-opportunita li jdur dawra mal-Knisja akkumpanjati minn gwida.
 
Wara l-quddiesa, s-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall flimkien mal-Kunsillier, is-Sur Lawrence Attard, taw merħba lis-Sindku ta’ Kerċem, is-Sur Mario Azzopardi u l-Kunsillier, is-Sur Raymond Azzopardi, flimkien ma’ dawk kollha li attendew, ġewwa Couvre Porte. Is-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall qal kelmtejn tal-okkażjoni lil dawk kollha preżenti u saħaq li l-Kunsill Lokali tal-Birgu qed jaħdem bis-sħiħ mal-Kunsill Lokali ta’ Kerċem sabiex flimkien jieħdu sehem fi Proġetti tal-Unjoni Ewropea. Permezz ta’ dawn il-fondi, il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi sabiex jintużaw ħalli jtejbu l-lokalita tagħhom, u fuq kollox igawdu r-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet rispettivi.
 
Fl-għeluq ta’ din iż-żjara s-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall u s-Sindku ta’ Kerċem, is-Sur Mario Azzopardi ppreżentaw rigal tal-okkażjoni lil xulxin. Il-Kunsill tal-Birgu ħaseb li jħejji ftit kafe u ikel għal dawk kollha preżenti.
 
Wara kulħadd kien liberu li jżur postijiet storiċi li hawn fil-Birgu jew jżur il-monti.