Żjara ġewwa l-Villaġġ Żgħir ta’ Birgi fit-Turkija


Żjara ġewwa l-Villaġġ Żgħir ta’ Birgi fit-Turkija
Fil-ġranet li għaddew, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ġie mistieden sabiex iżur il-villaġġ żgħir ta’ Birgi ġewwa t-Turkija. Din l-istedina waslet mingħand is-Sindku ta’ Birgi, is-Sur Muhittin Cumur Sener waqt il-konferenza ‘‘International Historical Towns Conference’’ li s-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall kien qed jattendi f`Ottubru li għadda ġewwa Dubrovnik, fil-Kroazja.
Bejn nhar il-Ħamis 17 u t-Tnejn 21 ta’ Jannar 2013, is-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall flimkien ma’ żewġ delegati oħra, s-Sinjorina Lara Grima, impjegata mall-Kunsill Lokali tal-Brigu u responsabbli mix-xogħol ta’ din il-viżita u s-Sur Arthur Demarco, appuntat mill-Kunsill biex jagħmel parti minn din id-delegazzjoni fl-assenza tal-Kunsillera żaru l-villaġġ ta’ Birgi fit-Turkija.
Matul iż-żjara tagħhom ġewwa t-Turkija, kellhom l-opportunita li jiltaqgħu mal-Gvernatur tal-Belt ta’ Odemis, s-Sur Abdullah Dolek ġewwa l-uffiċċju tiegħu. Matul id-diskussjoni li kellhom, is-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall tkellem fuq diversi aspetti dwar il-lokalita tiegħu. Is-Sur John Boxall wera l-aspirazzjonijiet u l-viżjonijiet tiegħu sabiex ikompli jtejjeb il-Belt Marittima tal-Birgu biex b`hekk igawdu kemm ir-residenti ta’ din il-lokalita, kif ukoll dawk li jżuruha.
 
Is-Sindku tal-Birgu,s-Sur John Boxall flimkien mas-Sindku ta' Birgi, s-Sur Cumur Sener jiddiskutu fl-uffiċċju tal-Governatur ta' Odemis, is-Sur Abdullah Dolek
The Mayor of Birgu, Mr. John Boxall together with the Mayor of Birgi, Mr Cumur Sener discussing at the Odemis Governor`s office, Mr. Abdullah Dolek
 
Il-Gvernatur, s-Sur Abdullah Dolek mill-ewwel wera x-xewqa tiegħu li jaħdem mal-Belt tal-Birgu, billi ppropona li jsir programm edukattiv għaż-żgħażagħ kollha tal-villaġġ ta’ Birgi u l-Belt tal-Birgu, bil-għan li żgħażagħ jesperjenzaw kulturi u tradizzjonijiet differenti, sabiex isserviehom ta’ esperjenza u fl-istess ħin isaħħu l-edukazzjoni tagħhom. Għal din il-proposta, s-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall wera l-interess tiegħu sabiex din tkun opportunita oħra tajba għall-benefiċċju taż-żgħażagħ tal-Birgu. Lejn tmiem din il-laqgħa, s-Sindku tal-Birgu ppreżenta rigal tal-okkażjoni lil Gvernatur, is-Sur Abdullah Dolek.
Wara l-laqgħa mal-Gvernatur fl-uffiċċju tiegħu f`Odemis, is-Sindku tal-Birgu flimkien ma’ sħabu akkumpanjati mis-Sindku ta’ Birgi, żaru lis-Sindku ta’ Odemis, is-Sur Bekir Keskin fil-Mużew Yildiz Kent Mùzesi - Star Town Museum fejn ftit taż-żmien ilu dan il-post kien iservi bħala lukanda. Id-Delegazzjoni tal-Birgu ġiet imdawwra ma’ dan il-mużew mill-kuratur tal-istess mużew.
 
Is-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall jiltaqa' mas-Sindku ta' Odemis, is-Sur Bekir Keskin
The Mayor of Birgu, Mr.John Boxall meets the Mayor of Odemis, Mr. Bekir Keskin
 
Matul il-kumplament taż-żjara tagħhom ġewwa t-Turkija, is-Sindku ta’ Birgi flimkien ma’ xi wħud mill-Kunsilliera u membri tal-istaff ħadu ħsieb li jdawru d-delegazzjoni f`diversi postijiet storiċi u f`diversi villaġġi u bliet differenti ġewwa r-Reġjun ta’ Odemis sabiex jesperjenzaw tradizzjonijiet differenti.
Waqt laqgħa li saret bejn iż-żewġ Sindki ġewwa l-uffiċċju tas-Sindku ta’ Birgi, s-Sur Muhittin Cumur Sener ġew diskussi diversi affarijiet dwar il-proposta li ressaq il-Gvernatur. Iż-żewġ Sindki qablu u ħassew li dan il-proġett għandu jsir u li lesti jaħdmu flimkien sabiex fix-xhur li ġejjin dan il-proġett jitwettaq.
Fi tmiem iż-żjara tagħhom ġewwa l-villaġġ ta’ Birgi, s-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall ppreżenta rigal tal-okkażjoni lis-Sindku ta’ Birgi u rringrazzjah tal-akkoljenza mill-aqwa li hu personalment flimkien mal-Kunsill tiegħu wrew lejn id-delegazzjoni li rrapreżentat lill-Kunsill tal-Birgu u kkonkluda jgħid li l-Kunsill Lokali tal-Birgu qed iħares `il quddiem sabiex jaħdem aktar mill-qrib ma’ dan il-villaġġ żgħir ta’ Birgi, liema villaġġ għandu ħafna u ħafna x`joffri għal min iżuru.
 
--------------------------------------------------------------------------------- 
 
Official Visit to the small and quaint village of Birgi in Turkey
 
In the past days, the Birgu Local Council has been invited to visit the small village of Birgi in Turkey.  The Mayor of Birgu, Mr. John Boxall, received this invitation directly from the Mayor of Birgi Mr. Sener Muhittin Cumur  after meeting at the “International Conference of Historical Towns”, last October in Dubrovnik, Croatia.
 
Between Thursday 17 and Monday 21 January, 2013, the Mayor of Birgu, Mr. John Boxall together with Ms. Lara Grima, a clerk with the Birgu Local Council, and responsible for the works in relation to this visit, together with Mr. Arthur Demarco, appointed by the Council to be part of this delegation, in the absence of the Councillors, visited the village of Birgi in Turkey.
During their stay in Turkey, the delegation had the opportunity to meet with the Governor of the City of Odemis, Mr. Abdullah. During the discussion, the Mayor of Birgu, Mr. John Boxall spoke on various aspects concerning our locality. Mr. John Boxall expressed his aspirations and visions to further improve the Maritime City of Birgu so as it will be enjoyed by the residents of this City as well as by those visiting it.
The Governor, Mr Abdullah Dolek immediately showed his desire to work with the City of Birgu, and in fact he proposed an educational program for all the young people of the village of Birgi and the city of Birgu, with the aim of having the youths experience different cultures and traditions whilst strengthening their educational background.  For this proposal, the Mayor of Birgu, Mr. John Boxall showed his interest and believes that this will surely be another great opportunity for the benefit of the youths of this City. Towards the end of the meeting, the Mayor of Birgu presented a token of gratitude to the Governor, Mr Abdullah Dolek.
After the meeting with the Governor of Odemis, the Mayor of Birgu together with the other delegates accompanied by the Mayor of Birgi, visited the Mayor of Odemis, Mr. Bekir Keskin at the Yildiz Kent Mùzesi – Star Town Museum, which museum was used as a hotel in the past years. The delegation had visited all the Museum guided by the curator of this Museum.
 
During the remainder of their stay in Turkey, the Mayor of Birgi together with some of the councilors and staff members made sure to go around with the Birgu delegation, where they visited various historical places as well as several villages and towns within the Region of Odemis, with the possibility to experience different traditions.
 
 
During this visit in Birgi, the Birgu delegation visited various historical places as well as several villages and big towns in Turkey, like that of Izmir
 
Matul din iż-żjara  f`Birgi, id-delegazzjoni tal-Birgu ittieħdu f`bosta villaġġi fil-viċinanzi kif ukoll mall-akbar bliet fit-Turkija, dik ta' Izmir
 
 
During a meeting held between the two mayors, in the office of the Mayor of Birgi, Mr. Sener Muhittin Cumur, several issues were discussed relating mainly to the proposal put forward by the Governor. Both Mayors agreed and felt that this project should be implemented and both expressed their readiness to work together in the coming months to attain a good and positive result.
 
At the end of their stay in the village of Birgi, the Mayor of Birgu, Mr. John Boxall presented a token of gratitude to the Mayor of Birgi and thanked him for the extreme hospitality that he together with all his Council offered to the delegation representing the Birgu Local Council. The Mayor concluded that the Birgu Local Council is looking forward to work closely with the small village of Birgi, a village which surely has a lot to offer to all those visiting it.