ŻIEDA TA’ ELF, SITT MIJA U ERBGĦA U TLETIN (1,634) KTIEB FIL-LIBRERIJA REĠJONALI MATUL IS-SNIN 2009 – 2010.


 

 

 
Matul is-sena 2009 – 2010 il-Librerija Reġjonali tal-Birgu barra li rat żieda qawwija ta’ viżitaturi li jvarjaw minn adulti sa tfal ta’ eta tenera kellha wkoll żieda kbira ta’ kotba li jammontaw għal elf, sitt mija u erbgħa u tletin ktieb. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu li taħt ir-responsabilita tiegħu taqa’ din il-Librerija Reġjonali kompla jinvesti biex xtara mija u ħames kotba li jvarjaw minn rumanzi bil-Malti sa kotba bl-Ingliż għat-tfal żgħar.
 
Mitejn u disgħa u erbgħin ktieb gew mogħtija mid-Dipartiment tal-Libreriji Pubbliċi u disgħa u sittin mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mil-Librerija Ċentrali.
 
L-akbar ammont ta’ kotba li jammonta għal disa’ mija u tmienja u tletin ktieb ġew mogħtija bħala donazzjonijiet mill-pubbliku u l-aktar fosthom ikunu dawk il-barranin li ġew joqogħdu l-Birgu fuq bażi permanenti.
 
F’dawn l-aħħar sentejn nistgħu ngħidu li l-Liberija Reġjonali tal-Birgu saret fost l-aqwa Liberiji li nsibu fil-gżejjer Maltin u dan huwa kollhu frott ta’ xogħol kollettiv li matul dawn is-sentejn, il-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien mal-librar ippjanaw u wettqu, fejn l-aktar issue mportanti kien li din il-Librerija Reġjonali kull nhar ta’ Ġimgħa ħa tibda tiftaħ mis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar sat-tmienja ta’ filgħaxija.
 
Dan kien dovut għal ftehim li sar mal-Librar, is-Sur Joseph Gauci, ħaddiem ta’ IPSL assenjat mal-Kunsill Lokali tal-Birgu, li min-naħa tiegħu fehem l-importanza ta’ dan il-ħsieb. Illum malli wieħed jidħol, jinduna l-qabża ta’ kwalita li saret fl-organizzazzjoni u t-tmexxija tagħha f`din il-Librerija Regjonali.
 
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu ser ikompli jinvesti f’din il-Librerija u barra minn hekk ser jagħmel minn kollox sabiex iħeġġeġ u jinkoraġġixxi aktar nies jattendu f’din il-Librerija Reġjonali.
  
 

  

 

 

 

An increase of one thousand six hundred and thirty four (1,634) books in Birgu’s Regional Library during the year 2009-2010.

 

 

During the year 2009 – 2010, the Regional Library of Birgu, not only did it witness an increase of visitors, ranging from adults to children of a very young age, but also, it saw an increase of one thousand six hundred and thirty four books . The Birgu Local Council, who also has the responsibility of this Regional Library, continued to invest in it, as it bought over one hundred and five books, varying from Maltese novels to English books for young children.
Two hundred and forty nine books were given by the Department of Public Libraries, whilst sixty nine books were given by the National book Council from the Central Library.
The largest amount of books, amounting to nine hundred and thirty eight books, were given as a donation by the general public, were the majority were given by the foreign residents who came to live in Birgu permanently.
One could say that in the last two years, the Regional Library of Birgu became one of the best libraries in the Maltese Islands, and this is all thanks to the collective work being done during the past two years, by the Birgu Local Council, and the current librarian, who planned work accordingly. One of the most important issues that was tackled, was to start opening the Regional Library from two o’clock in the afternoon till eight o’clock in the evening.
This was done, through an agreement reached with the Librarian Mr Joseph Gauci, an employee assigned with the Birgu Local Council through IPSL, who understood the importance of this idea. Nowadays, one can clearly see the difference in the quality of organisation and leadership in this Regional Library.
The Birgu Local Council will continue to invest in this Library, and moreover, it will do everything in its powers to encourage more people to attend this regional library.