Ġita oħra għall-Sqallija b`suċċess

Ġita oħra għall-Sqallija b`suċċess

 
 
Nhar il-Ħadd 9 ta’ Ġunju, 2013, il-Kunsill Lokali tal-Birgu għat-tieni sena konsekuttiva reġa’ organizza ġita ta’ ġurnata għal Sqallija, liema attivita intlaqtet tajjeb ħafna mir-residenti ta’ lokalita tal-Birgu.
 
                            Il-grupp li mar Sqallija għal ġita ta’ ġurnata
 
Filgħodu kmieni, grupp ta’ 37 persuna telqu minn Malta bil-katamaran ‘Jean de la Vallette’ . Mal-wasla tagħhom fil-Port ta’ Pozzallo sabu tistennihom kowċ u gwida mill-aġenzija tal-ivjaġġar Joe Micallef Travel li ħadithom għall-kolazzjon ġewwa l-istess lokalita ta’ Pozzallo.
 
Wara l-kolazzjon, il-grupp beda triqtu għal lokalita oħra, dik ta’ Marzamemi, magħruf aħjar bħala l-post tas-sajjieda għat-tonn, fejn hemm il-grupp kellhu l-opportunita jara l-proċċess ta’ kif jinqabad it-tonn u kif dan jiġi pproċċessat fil-laned, hekk kif nafuhom aħna ‘il-laned tat-tonn taż-żejt’.
 
 
Ma jonqosx li hekk kif tkun Sqallija ma zzurx fejn kien isir l-inbid u dduq il-prodotti tipiċi Sqallin bħall-ġobon, ħobż, laħam u frott. Min xtaq jixtri xi flixkun inbid tajjeb Sqalli, kellhu wkoll l-opportunita li jixtri bi prezzijiet speċjali.
 
Iktar tard il-grupp immexxi mit-tour leader, s-Sur Joe Micallef, beda triqtu lejn Diga di Santa Rosalia fejn kellhom tistenniehom ikla tajba b`diversi antipasti, għagin, ravjul, vitella u ħaruf, frott u kannolli Siċiljani f`ambjent tipiku Sqalli imdawwar bis-siġar u x-xmara. Wara ikla tajba, ma setgħax jonqos ftit ħin għall-kant u daqq Sqalli, fejn l-atmosfera inbidlet għall-wahda divertenti, fejn kulħadd beda jkanta u jiżfen mal-mużika. Kulħadd deher li beda jieħu gost u pjaċir.
 
 
 
Wara l-ikel il-grupp ittieħed lejn iċ-ċentru kummerċjali ġewwa Ibleo, fejn hemm kulħadd kellu l-ħin liberu biex jagħmel xi xiri.
 
Il-ġita kienet qegħda tiġi fi tmiemha, għalhekk malli sar il-ħin il-grupp  irħiella lejn il-Port ta’ Pozzallo biex minn hemm jibda l-vjaġġ lura lejn Malta.   
 
Il-Kummenti ta’ dawk kollha li marru għal din il-ġita kienu kollha pożittivi u jixtiequ li l-Kunsill Lokali tal-Birgu jibda jagħmel aktar minn dawn l-attivitajiet.