ĠEMELLAĠĠ BEJN IL-PORT TA’ FAMA MONDJALI, IL-PORT TA’ SAN TROPEZ FI FRANZA U L-PORT TAL-BELT KAPITALI MARITTIMA MALTIJA TAL-BIRGU

ĠEMELLAĠĠ BEJN IL-PORT TA’ FAMA MONDJALI, IL-PORT TA’ SAN TROPEZ FI FRANZA U L-PORT TAL-BELT KAPITALI MARITTIMA MALTIJA TAL-BIRGU
 
Is-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall akkumpanjat mill-Kunsillier is-Sur Anton Gellel mas-Sindku ta' San Tropez, is-Sur Jean Pierre Tuveri flimkien mal-Ambaxxatur Malti għal Franza, s-Sur Pierre Clive Agius akkumpanjat mis-Sur Claude Zammit Trevisan rappreżentant tal-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu fi Franza waqt iż-żjara tagħhom f`San Tropez nhar it-23 ta' Ġunju, 2012
 
 
L-Ex-simbolu tas-sess Franċiż Brigitte Bardot ma niżlitx fil-Birgu fl-1960, u għamlitu destinazzjoni ta’ fama bħal ma’ din l-ikona kienet għamlet f’San Tropez. Iżda waħda mill-Tlett Ibliet, il-Belt Kapitali Marittima ta’ Malta, qegħda tibbenefika mill-influwenza ta’ din iċ-ċelebrità ħafna snin wara.
 
Id-differenza tista’ tidher li hija kbira ħafna bejn ir-Riviera Franċiża fin-nofsinhar ta’ Franza, assoċjata ma’ personalitajiet famużi u sinjuri, u l-Birgu, iżda l-portijiet ta’ żewġt ibliet waslu biex jiġu ġemellati u din tal-aħħar tista’ tibbenefika mill-marka esklussiva ta’ San Tropez.
 
Għall-ewwel darba, ġie deċiż li l-port tad-destinazzjoni fil-Kosta Azzurra, spiss imsejħa bħala l-“pjazza” ta’ persunaġġi famużi u sinjuri, mudelli u miljunarji, jiġi ġemellat ma’ port ieħor u dawn minn fost portijiet oħra fl-Ewropa għażlu l-port tal-Birgu, li sa ftit snin ilu kien traskurat imma reċentement riġenerat.
 
Għas-Sindku tal-Birgu, John Boxall, il-ġemellaġġ bejn “l-iżgħar gżira f’nofs il-Mediterran, wieħed mill-iżgħar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, waħda mill-iżgħar bliet fil-Gżejjer Maltin u waħda mill-ibliet l-aktar sinjuri ta’ Franza, ifisser ħafna”.
 
Huwa tenna, li awtomatikament il-Birgu se jgawdi minn qabża fil-kwalità f'termini ta' popolarità u din ir-rabta mistennija li "tagħti spinta lill-Birgu" u tħalli mpatt fuq it-turiżmu tagħha, bil-wasla ta’ aktar ‘super yachts’ fil-marina li jservu biex isaħħu l-ekonomija tagħha.
 
“L-industrija tal-jottijiet hija negozju kbir”, is-Sur Boxall żied jgħid, u jemmen li din twassal biex ikun hemm aktar riġenerazzjoni. Huwa konvint li din il-Belt, li diġà tospita jottijiet lussużi, għandha tibbenefika mill-konnessjoni ma’ din il-Belt magħrufa internazzjonalment u hekk ukoll għandu jagħmel il-pajjiż.
 
L-idea ta’ ġemellaġġ bejn iż-żewġ portijiet twieldet ftit tas-snin ilu permezz tal-ex-Ambaxxatur Malti għal Franza, is-Sur Mark Miggiani, fejn l-Ambaxxatur attwali, is-Sur Pierre Clive Agius, kompla fil-passi tal-predeċessur tiegħu.
 
Il-ħsieb ta’ dan kollu oriġina mir-Regatta prestiġjuża “Trophée Bailli de Suffren”  li ilha ssir minn San Tropez lejn Malta, u fejn din is-sena ser tintemm fil-Vittoriosa Waterfront u għandha tibqa’ tintemm hemmhekk ta’ kull sena.
 
 
 
L-Arċisqof ta' San Tropez ibierek il-jottijiet qabel ma ngħata l-bidu għat-tiġrija
 
 
 
Għalkemm iż-żewġ portijiet ma jidhirx li għandhom ħafna komuni bejniethom ħlief l-Ammirall Franċiż, Pierre André de Suffren de Saint Tropez (1729-1788), li serva mal-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, dan huwa denominatur komuni li ġie msarraf.
 
Grazzi għar-Regatta u l-ġemellaġġ konsegwenti, iż-żewġ portijiet jistgħu jieħdu vantaġġ mill-potenzjal ta' xulxin, kemm jekk tkun l-istorja jew it-turiżmu, qal is-Sur Boxall.
 
“Ismijiet kbar diġà bdew jaslu fil-Birgu grazzi għal din ir-Regatta, u aktar huma mistennija fil-futur”, huwa kompla jgħid.
 
 
 
Is-Sindku tal-Birgu, s-Sur John Boxall fil-preżenza ta' mistednin distinti fosthom l-Ambaxxatur Malti għal Franza, l-Eċċelenenza Tiegħu s-Sur Pierre Clive Agius jagħti rigal lis-Sindku ta' San Tropez bħala tifkira taż-żjara tad-delegazzjoni Maltija f`San Tropez
 
 
 
Filwaqt li San Tropez tgawdi minn stat ta’ ċelebrità, l-Birgu – “l-benniena taċ-ċiviltà Maltija u l-Belt Kapitali Marittima ta' Malta” – tgawdi mill-istorja, is-Sur Boxall enfasizza.
 
Is-Sindku, is-Sur John Boxall, akkumpanjat minn wieħed mill-Kunsilliera sħabu, is-Sur Anthony Gellel, kienu reċentement mistiedna mis-Sindku ta’ San Tropez, is-Sur Jean-Pierre Tuveri, għall-bidu tar-Regatta fejn ġew impoġġija kuruni fuq il-Monument tal-Ammirall.
 
 
 
Is-Sindku, s-Sur John Boxall flimkien mal-Kunsillier is-Sur Anton Gellel ipoġġu l-bukkett tal-fjuri fuq il-Monument tal-Ammillar Pierre André de Suffren de Saint Tropez
 
 
Il-pjan huwa li fid-19 t’Ottubru, matul l-attivita tal-Birgufest 2012, li tinkludi l-avveniment tal-Birgu fid-Dawl tax-Xemgħa, jiġi ffirmat il-ftehim ta’ ġemellaġġ ġewwa l-Berġa ta’ Franza reċentement rinnovata u li fil-futur qarib ser takkomoda l-Uffiċċini Amministrattivi tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.

  

Il-Yacht Marina fil-Birgu

Il-Port ta' San Tropez

 

 
TWINNING BETWEEN THE WORLD RENOWNED PORT OF ST TROPEZ IN FRANCE AND THE PORT OF BIRGU, THE CAPITAL MARITIME CITY IN MALTA
 
 
The Mayor of Birgu, Mr John Boxall accompanied by the Councillor, Mr Anthony Gellel, with the Mayor of St Tropez, Mr Jean Pierre Tuveri together with the Maltese Ambassador for France, Mr Pierre Clive Agius accompanied by Mr Claude Zammit Trevisan, representative of the Malta Tourism Authority during their visit in StTropez on the 23rd June, 2012
 
 
Former French sex symbol Brigitte Bardot may not have descended on Vittoriosa in the 1960s, elevating it to an up market destination as the icon had done in St Tropez. But one of the Three Cities, the Maritime Capital City of Malta, is benefiting from her celebrity influence many years down the line.
 
The French Riviera port in the south of France, associated with famous and wealthy guests, may appear to be worlds apart from Vittoriosa but the ports of the two cities are about to be twinned and the latter stands to benefit from the link to the exclusive St Tropez brand.
 
For the first time, the Côte d’Azur destination, often referred to as the “playground” of jetset, models and millionaires, has decided to twin with another port and chose the once neglected but recently regenerated port of Vittoriosa over others in Europe.
 
For its Mayor, John Boxall, the twinning between the “smallest island in the middle of the Mediterranean, the smallest country in the European Union, one of the smallest cities in Malta and one of France’s richest cities, means a lot”.
 
Vittoriosa, he maintained, would automatically experience a quality leap in terms of popularity and the link was expected to “boost Birgu”, leaving an impact on its tourism, with the arrival of more super yachts in the marina serving to strengthen its economy.
 
“The yachting industry is big business,” Mr Boxall acknowledged, adding it led to even more regeneration. He was convinced the town, which already hosts luxury yachts and was still being upgraded, should benefit from the connection with the internationally known seaside resort and so should the country.
 
The twinning idea between the two ports was born a couple of years ago through former Maltese Ambassador to France, Mr Mark Miggiani, and Ambassador Mr Pierre Clive Agius has continued in his predecessor’s footsteps.
 
The hook has been the prestigious regatta Trophée Bailli de Suffren from St Tropez to Malta, which has, since this year, ended at the Vittoriosa Waterfront and should be the yearly finishing line.
 
 
 
 
Although the two ports would not appear to have much in common, French Admiral Pierre André de Suffren de Saint Tropez (1729–1788), who served with the Knights of the Order of St John, is a common denominator that has been capitalized on.
 
Thanks to the regatta and the consequent twinning, the two ports could take advantage of each others’ potential, be it history or tourism, Mr Boxall said.
 
“Big names have already started arriving in Vittoriosa, thanks to the regatta, and more are expected in the future”, he continued.
 
 
Exchanging of gifts between the Mayor of Birgu, Mr John Boxall and the Mayor of St Tropez, Mr Jean Pierre Tuveri
 
 
While St Tropez enjoyed celebrity status, Vittoriosa – “the cradle of Maltese civilisation and the Maritime Capital City of Malta” – boasted the history, Mr Boxall pointed out.
 
The Mayor, Mr John Boxall, accompanied by one of his fellow Councillors, Mr Anthony Gellel, were recently invited by St Tropez Mayor, Jean-Pierre Tuveri, for the start of the regatta and to lay wreaths at the Admiral’s Monument.
 
 
 
 
The plan is that on the 19th of October during the Birgufest 2012 activity, which includes the Birgu by Candlelight event, the twinning agreement is signed in the fitting and newly renovated Auberge de France which in the near future will house the Administrative Offices of the Birgu Local Council.