Welcome


Sinjuri,

Għan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, ġentilment nixtieq nilqagħkom fil-website uffiċjali tal-Belt Marittima, l-Belt tal-Birgu.  Inizjattiva oħra li ħa l-Kunsill Lokali tal-Birgu biex jirrivitalizza u jimmodernizza s-sit uffiċjali tiegħu.

Jien, flimkien ma’ sħabi l-Kunsilliera ninsabu mpenjati biex nutilizzaw l-aħħar teknoloġija, biex noħolqu riżorsi li bihom jibbenefikaw ir-residenti u n-nies li jżuru l-Belt Vittoriosa, u l-internet huwa sors ewlieni ta’ informazzjoni li jista’ jgħin biex dan l-għan jinkiseb.

Din il-Belt antika u medjevali, żmien ilu kienet ġiet assedjata minn setgħat qawwija kif ukoll assedju ieħor fit-Tieni Gwerra Dinjija, fejn din il-Belt ġiet imġarrfa.  Bħal fil-mitoloġija Punika, permezz tar-resistenza taċ-ċittadini tagħha, l-Belt tal-Birgu qamet u saret Belt ta’ arti u kultura. 

Aħna nemmnu li s-sit elettroniku tagħna huwa għodda importanti biex juri lid-dinja l-aspett storiku, arkitettoniku, kulturali u dak soċjali ta’ din il-Belt, bażikament dak kollhu li toffri l-Belt tal-Birgu. 

Grazzi talli qed iżżuru www.birgu.gov.mt

John Boxall
Sindku 

On behalf of the Birgu Local Council, I would like to welcome you to the official website of Malta’s oldest Maritime Capital, the City of Birgu. Yet another initiative which the Local Council embarked upon to re-vitalise and modernize its official website.

My fellow councellors and myself, are equally dedicated to utilizing the latest technology to create helpful resources that benefit the residents and visitors of Citta Vittoriosa; and the internet is a rapid worldwide information service to achieve these aims.

This ancient, medieval City, long ago battered and besieged by the might of opposing powers suffered another bitter siege in World War II, which laid it once again in ruins. Like the mythological phoenix , through the resilience of its citizens, Birgu rose from its ashes to emerge defiantly as a City of art and culture.

We believe that our website is another important tool to advertise to the world the historical, architectural, cultural and social aspects of the City of Birgu - basically what the City of Birgu is capable to offer.

Thank you for visiting www.birgu.gov.mt

John Boxall
Mayor


Seminar dwar il-progett Seatoland nhar il-Erbgha 23 ta' Mejju, 2012 gewwa l-Berga ta' Franza

Nhar l-Erbgha 23 ta' Mejju 2012 gewwa l-Berga ta' Franza se jsir seminar dwar il-progett Seatoland.

view


Esebizzjoni fil-Birgu bħala parti mill-proġett SECRET
"SECRET" (Sustainable Eco-Cultural Responsible European Tourism) huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-programm Europe for Citizens.
 
Il-proġett għandu l-Muniċipalità ta' Volos fil-Greċja bħala l-Imsieħeb Prinċipali. L-imsieħba l-oħra huma l-ibliet ta' Brezno fis-Slovakkja, Limbazi fil-Latvja, Paphos f'Ċipru u Birgu f'Malta.
view


Propost Ġemellaġġ bejn il-Belt ta’ Belvì f’Sardinja u l-Belt Storika tal-Birgu
Bejn it-13 u s -16 t’April, 2012, is-Sindku, is-Sur John Boxall, flimkien mas-Sinjura Moira Azzopardi, skrivana fil-Kunsill Lokali tal-Birgu, marru fuq żjara uffiċjali ġewwa l-belt ta’ Belvì fil-provinċja ta' Nuoro f'Sardinja,  wara li l-Kunsill Lokali tal-Birgu ġie mistieden mill-Kunsill Lokali ta’ Belvì nnifsu sabiex iżur din il-belt. 
view


Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jagħti bidu għall-proġett tal-qlugħ tal-aerials mingħajr użu minn fuq il-bjut fil-lokalita tiegħu.

Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Mejju, 2012, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ta bidu għall-proġett tal-qlugħ tal-aerials mingħajr użu minn fuq il-bjut fil-lokalita tiegħu.

 

view


IL-BANDIERA TAL-BELT REBBIEĦA VITTORIOSA TITTAJJAR FUQ IL-MINA L-ĠDIDA
Nhar il-Ħadd 8 t’April, 2012, Jum l-Għid il-Kbir, ittellet għall-ewwel darba l-bandiera tal-Birgu fuq il-mina l-ġdida, dik li nbniet f`dawn l-aħħar xhur permezz tal-proġett iffinanzjat mill-Gvern Ċentrali u parti minnu mill-Unjoni Ewropeja taħt l-iskema tal-ERDF.
view


Kunsill Ġdid fil-Lokalita' tal-Birgu

Il-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Birgu eletti fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li saru nhar is-Sibt 10 ta’ Marzu, 2012, jieħdu l-ġurament tal-ħatra fil-Berġa ta’ Kastilja nhar l-Erbgħa 28 ta’ Marzu, 2012.

view


Micħuda talba tas-Sindku ta’ Bormla fuq xogħol li jikkumplimenta proġett fil-Birgu

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, ippreseduta mill-Imħallef Joseph Zammit McKeon ċaħdet talba tas-Sindku ta’ Bormla għal ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni biex jieqaf ix-xogħol fi Triq 8 ta’ Diċembru f`Bormla, liema xogħol jikkumplimenta parti mill-proġett għar-rijabilitazzjoni ta’ ‘Couvre Porte’ fil-Birgu.


view


Żjara tad-Duka ta' Gloucester fil-Belt tal-Birgu

Nhar il-Ħadd 15 t’April, 2012, id-Duka ta’ Gloucester, il-Prinċep Richard, ir-rappreżentant speċjali tar-Reġina Eliżabetta II, għat-tifkira li saret fl-istess ġurnata, għas-70 anniversarju mill-għoti tal-George Cross lill-poplu Malti, żar il-Belt Marittima tal-Birgu.

 

view


Il-Gvern jgħaddi uffiċjalment il-Berġa ta` Franza lill-Kunsill Lokali tal-Birgu

F’ċerimonja li saret kmieni wara nofsinhar, l-Erbgħa 7 ta’ Marzu, 2012, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, Dr Jason Azzopardi, għadda f’isem id-Dipartiment tal-Artijiet, b’devoluzzjoni, l-Berġa ta’ Franza lill-Kunsill Lokali tal-Birgu.

view


Il-Kunsill Lokali tal-Birgu għar-raba' sena konsekuttiva jipparteċipa fl-Iskema għal Inizjattivi Sportivi

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu, għar-raba’ sena konsekuttiva, ser ikun qiegħed jipparteċipa fl-iskema għal inizjattivi sportivi, organizzata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport.
view